C.V. Carmelo (Lino) Farrugia Sacco
Carmelo (Lino) Farrugia Sacco twieled il-Hamrun fit-22 ta’ Awissu, 1949 minn Anthony u Imelda nee’ Sacco. Hutu huma Anton u Marie Muscat.
Mar skola tas-Sorijiet tal-Egittu, tal-Gvern tal-Hamrun, u wara il-kullegg ta’ San Albert il-Kbir, il-Belt. Ta’ 16 il-sena dahal l-Universita’ fejn ta’ 19 il-sena iggradwa fil-Bacellerat tal-Arti. fl-Ekonomija, Ingliz, u Taljan. Tlitt snin wara ghadda mill-ezamijiet ghad-Diploma ta’ Nutar, u sena wara sar Avukat. Hadem ta’ Avukat ghal seba’ snin u nofs kemm fil-kamp Kriminali kif ukoll irrapprezenta kwantita kbira ta’ klijenti fil-qasam Civili.
Fil-5 ta’ Gunju, 1981 sar Magistrat u hadem l-aktar fil-Libelli, Appelli Civili ta’ Ghawdex, Inkjesti u Kumpilazzjonijiet Kriminali, Kawzi Civili, Bord tal-Artijiet u tad-Distretti. Kien ukoll Chairman ta’ diversi Bordijiet ta’ Inkjesti.
Diversi drabi kien ezaminatur ta’ Studenti fil-Kors tal-Ligi fil-ligi Kriminali u Civili. Attenda Seminars Internazzjonali fil-Ligi fosthom f’Salzburg l-Awstrija, fil-Lussenburgu, u fl-Ingilterra, u irraprezenta lil Malta fuq il-Kunsill ta’ l-Ewropa fuq il-Kumitat dwar il-ligi Kriminali. Gieli kien ezaminatur tal-Warrant kemm tan- Nutara kif ukoll ta’ l-Avukati.
Gie mahtur Imhallef fil-15 ta’ Mejju, 1997 u hadem l-aktar fil-kawzi Civili u Prim’ Awla Sede Kostituzzjonali. Gie nominat fl-istess sena bhala Chairman tat-Tribunal ghall-Investigazzjoni ta’ Ingustizzji.
F’Awissu 2014 lehaq l-eta` ta’ 65 u irtira mill-kariga ta’ Imhallef.
Fis-7 ta’ Frar, 2017 gie mahrur mill-Prim’ Ministru bhala Chairman tal-Bord tal-Gvernaturi ta’ l-Awtorita` tal-Artijiet.
Kien inghata Gieh Ta’ Xbiex fl-1999 u Gieh il-Hamrun fl-2005 ; Fl-1999 gie moghti l-Award for Services to the Game mill-International Tennis Federation, fl-2011 l-European Olympic Laurel, u fl-2015 l-Mediterranean Games Order of Merit. Fl-2004 kien gie mahtur bhala membru tal-CABOS [Commonwealth Advisory Body on Sports] mill-Ecc. T. l-Onor Donald McKinnon [Segretarju Generali tal-Commonwealth].
Fil-prezent hu wiehed mill-Arbitri Internazzjonali fil-Qorti Mondjali tal-Isport CAS..
Ghandu zewgt itfal: David ta’ 39, u Steven ta’ 35 u erba’ neputijiet.
CV-LFS-Malti 170507