Esplora karriera mal-Awtorità tal-Artijiet

Aħna naġixxu f’isem u fl-interess tal-kontribwenti fit-tmexxija tal-proprjetà pubblika kollha. Nifhmu din ir-responsabbiltà u naħdmu kontinwament biex nibnu Awtorità ibbażata fuq il-prinċipji ta’ responsabbiltà u trasparenza. Biex din tkun storja ta’ suċċess, niddependu fuq is-saħħa tal-impjegati tagħna tal-lum u tal-futur. Taħseb li għandek dak li hemm bżonn? Ħares lejn il-vakanzi attwali tagħna.

Aktar dwarna

Għaliex taħdem magħna?

Il-kultura tagħna

Aħna impenjati li nħarsu lill-impjegati tagħna f’ambjent inklussiv li jirrispetta lil kull persuna bħala individwu. Qegħdin kontinwament naħdmu biex noħolqu post tax-xogħol flessibbli li jaqbel mal-istil ta’ ħajja tiegħek u li jgħinek twassal ir-riżultati.

Il-viżjoni tagħna

Irridu nipprovdu l-aqwa servizz possibbli lill-klijenti tagħna fl-ambitu tal-liġijiet u l-politiki li jirregolaw l-għoti ta’ proprjetà immobbli tal-Gvern, l-akkwist ta’ proprjetà privata meħtieġa għal skop pubbliku, u l-Ftehim bejn il-Knisja u l-Istat tal-1991 rigward it-trasferiment ta’ proprjetà eks-Knisja lill-Istat.

L-importanza nazzjonali tagħna

Aħna responsabbli għall-art kollha li tifforma parti mid-dominju pubbliku. Dan jinkludi l-perimetru kostali, ix-xtut, il-portijiet, il-mollijiet, il-baċiri, il-pontuni, il-bajjiet tal-port, postijiet għall-inżul u l-irbit, il-korsiji tal-ilma, l-akkwedotti, il-lagi, sorsi naturali tal-ilma, l-irdumijiet, il-widien, il-pjazez pubbliċi, it-toroq, l-imsielaħ, it-toroq dojoq, rotot ta’ aċċess għal postijiet pubbliċi oħra inklużi dawk li jwasslu għall-perimetru kostali, il-foresti, il-parkijiet, żoni ta’ importanza ekoloġika jew ambjentali, kif ukoll siti ta’ importanza kulturali, soċjali jew storika.

Dwar Malta

Malta hija arċipelagu fil-Mediterran ċentrali bejn Sqallija u l-kosta ta’ Afrika ta’ Fuq. In-nazzjon Malti hu magħruf bis-siti storiċi tiegħu relatati ma’ suċċessjoni ta’ ħakkiema, fosthom ir-Rumani, il-Mori, il-Kavallieri ta’ San Ġwann, il-Franċiżi u l-Ingliżi. Għandha bosta fortizzi, tempji megalitiċi u l-Ipogew ta’ Ħal Saflieni — kumpless taħt l-art ta’ swali u kmamar ta’ difna li jmorru lura għal madwar l-4000 Q.K.

Opportunitajiet ta’ Karriera

Pożizzjonijiet li ġejjin se jitpoġġew hawn.