L-iskop ta’ din l-EOI huwa l-provvediment ta’ servizzi professjonali minn ‘Periti’ fuq bażi ta’ “Kuntratti għal Servizz” sabiex jitwettqu valutazzjonijiet skont l-Artikolu 79 tal-Att dwar l-Artijiet tal-Gvern (Kap. 573 tal-Liġijiet ta’ Malta).

Għal dan il-għan, l-Awtorità tal-Artijiet qed toħroġ sejħa għal Espressjoni ta’ Interess għal dawk il-‘Periti’ li jkunu interessati li joffru s-servizzi professjonali meħtieġa marbuta ma’ dan.

Il-‘Periti’, kemm jekk jissottomettu l-offerta tagħhom bħala operaturi ekonomiċi individwali, jew permezz ta’ kumpanija, għandhom jirrapportaw lill-Kap Eżekuttiv jew lill-uffiċjal delegat tiegħu.

Din is-sejħa hija miftuħa kemm għal operaturi ekonomiċi individwali li japplikaw f’isimhom stess, kif ukoll għal kumpaniji li jipprovdu servizzi ta’ ‘Periti’. Għall-finijiet ta’ din is-sejħa, kumpanija tista’ tfisser kumpanija limitata b’responsabbiltà limitata, sħubija professjonali jew ‘joint venture’.

Hawn taħt tista’ ssib aktar istruzzjonijiet fid-dettall u formola ta’ applikazzjoni li trid timtela u tintbagħat permezz ta’ email flimkien mad-dokumentazzjoni kollha meħtieġa fuq: [email protected] bil-kliem “Espressjoni ta’ Interess għall-Provvediment ta’ Servizzi minn Periti” sat-Tnejn 5 ta’ Novembru 2018 fis-23:59hrs.

Dokumenti Word:

Dokumenti PDF: