Dikjarazzjoni dwar l-Aċċessibbiltà għas-Sit Web tal-Awtorità tal-Artijiet
Din id-dikjarazzjoni tapplika għas-sit web uffiċjali tal-Awtorità tal-Artijiet fuq landsauthority.org.mt.
L-Awtorità tal-Artijiet hija impenjata li tiżgura l-aċċessibbiltà diġitali għall-persuni b’diżabilità. Qegħdin kontinwament intejbu l-esperjenza tal-utent għal kulħadd u napplikaw l-istandards rilevanti għall-aċċessibbiltà.
Miżuri biex nappoġġaw l-aċċessibbiltà
L-Awtorità tal-Artijiet tieħu l-miżuri li ġejjin fi ħdan l-organizzazzjoni biex tiżgura
l-aċċessibbiltà għas-sit web tagħha:
● Tinkludi l-aċċessibbiltà permezz tal-politiki interni tagħha.
● Tassenja miri u responsabbiltajiet ċari dwar l-aċċessibbiltà.
● Tuża metodi formali għall-assigurazzjoni tal-aċċessibbiltà.
Status ta’ konformità
Il-Linji Gwida dwar l-Aċċessibbiltà tal-Kontenut tal-Web (WCAG) jiddefinixxu r-rekwiżiti għad-disinjaturi u l-iżviluppaturi biex itejbu l-aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabilità. Jiddefinixxu tliet livelli ta’ konformità: Livell A, Livell AA, u Livell AAA. Is-sit web tal-Awtorità tal-Artijiet huwa parzjalment konformi mal-Livell AA ta’ W3 WCAG li jimmappja għal EN 301 549 skont id-Direttiva Ewropea dwar l-Aċċessibbiltà għall-Web. Parzjalment konformi tfisser li xi partijiet tal-kontenut għadhom mhumiex kompletament konformi mal-istandard għall-aċċessibbiltà.
Kompatibbiltà mal-brawżers u t-teknoloġija assistiva
Is-sit web tal-Awtorità tal-Artijiet hija ddisinjata biex tkun kompatibbli mal-brawżers tal-web li ġejjin:
● Internet Explorer 11
● Chrome Verżjoni 82 jew aktar tard
● Microsoft Edge
● Firefox Verżjoni 80 jew aktar tard
Speċifikazzjonijiet tekniċi u l-miżuri tal-aċċessibbiltà użati
L-aċċessibbiltà tas-sit web tal-Awtorità tal-Artijiet tiddependi fuq it-teknoloġiji tal-HTML biex taħdem mal-kombinament partikolari tal-brawżer tal-internet u kwalunkwe teknoloġija assistiva jew plugin installat. Din it-teknoloġija tiddependi fuq il-konformità mal-istandards użati għall-aċċessibbiltà.
Is-sit web tal-Awtorità tal-Artijiet jimplimenta l-karatteristiċi tal-aċċessibbiltà li ġejjin:
● Imantni Intestatura b’HTML konsistenti b’ġerarkija u tqassim tal-informazzjoni fil-
paġni web differenti.
● Iżid titlu tal-istampa, alt tag u caption kull fejn din l-informazzjoni hi rilevanti u
utli.
● Jimmassimizza l-kuntrast tal-kuluri għat-test fejn applikabbli.
● It-test attwali tal-links ikollu biżżejjed tagħrif biex l-utenti jkunu jafu fejn twassal il-link.
● Jimplimenta l-links esterni kollha sabiex dawn jinfetħu f’tabs ġodda tal-brawżer.
● Jimplimenta ż-żieda ta’ captions kemm jista’ jkun possibbli fil-kontenut multimedjali.
Limitazzjonijiet u alternattivi
Fil-preżent ġew osservati dawn il-limitazzjonijiet:
● L-ebda għażla biex jinqabeż kontenut ripetut
● Xi iperlinks fuq is-sit web jistgħu jiġu identifikati biss mill-kulur
● Xi dokumenti PDF għandu mnejn ma jkollhomx l-ifformattjar xieraq biex jintużaw b’teknoloġiji tal-aċċessibbiltà
L-Awtorità tal-Artijiet implimentat programm ta’ titjib kontinwu biex temenda dan ta’ hawn fuq iżda minkejja l-aħjar sforzi tagħna biex niżguraw l-aċċessibbiltà fuq is-sit web tal-Awtorità tal-Artijiet, għandu mnejn ikun hemm xi limitazzjonijiet li ma konniex nafu bihom jew li huma ppjanati li jsiru aċċessibbli dalwaqt. Jekk jogħġbok ikkuntattjana jekk tinnota kwalunkwe tali problema fuq is-sit web tagħna.
Ilmenti formali
Nimmiraw li nwieġbu għall-feedback dwar l-aċċessibbiltà fi żmien jumejn (2) tan-negozju, u li nipproponu soluzzjoni fi żmien għaxart (10) ijiem tan-negozju.
Int intitolat(a) li tressaq ilment lill-Awtorità tal-Artijiet permezz ta’ email lil [email protected] jew lill-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD), jekk ma tkunx sodisfatt(a) bit-tweġiba tagħna.