Libertà tal-Informazzjoni

Il-Liġi dwar il-Libertà ta’ Informazzjoni (ATT XVI tal-2008) għandha l-għan li tistabbilixxi d-dritt għall-informazzjoni miżmuma mill-awtoritajiet pubbliċi sabiex tippromwovi aktar trasparenza u responsabbiltà fil-gvern.

1. Struttura Organizzattiva

2. Funzjonijiet u Responsabbiltajiet:

L-Awtorità tal-Artijiet hija responsabbli għall-immaniġġjar tal-proprjetà immobbli tal-Gvern. Il-missjoni tal-Awtorità hija li tippromwovi u żżomm l-aħjar u l-ogħla użu tal-proprjetà immobbli tal-Gvern u li tiżgura proċess ġust għall-akkwist ta’ proprjetà li tista’ tkun meħtieġa għal skop pubbliku.

3. Deskrizzjoni Ġenerali tal-Kategoriji ta’ Dokumenti disponibbli fl-Awtorità tal-Artijiet ippubblikati skont l-Artikolu 17 tal-Att dwar il-Libertà ta’ Informazzjoni (Kap. 496)

  • Korrispondenza fuq karta/jew elettronika relatata ma’ proprjetà tal-gvern.
  • Fajls Amministrattivi u Uffiċjali
  • Leġiżlazzjoni li tikkonċerna lill-Awtorità tal-Artijiet.
  • Mistoqsijiet Parlamentari u tweġibiet relatati mal-Awtorità tal-Artijiet.
  • Riżoluzzjonijiet Parlamentari
  • Noti ta’ Ordni ta’ Evizzjoni
  • Avviżi Legali
  • Tpinġijiet ta’ proprjetà ta’ tenements tal-gvern.
  • Kuntratti ta’ Kera u Kuntratti fuq tenements tal-gvern
  • Kuntratti ta’ Kumpens fuq Proprjetà Eskproprjata
  • Fajls personali tal-impjegati u folji tal-attendenza
  • Rapporti Annwali
  • Minuti tal-Laqgħat – Kumitat tat-Tenders
  • Kumitat tal-Kontroll

     N.B. Xi wħud mill-informazzjoni msemmija hawn fuq huma eżenti mid-divulgazzjoni taħt l-Att dwar il-Libertà ta’ Informazzjoni (Kap. 496)

4. Deskrizzjoni ta’ Manwali u dokumenti li fihom politiki, prinċipji, regoli jew linji gwida.

Lista tal-politiki tal-Awtorità tista’ tinstab fuq Gwidi u Politiki – Awtorità tal-Artijiet.

5. Dikjarazzjoni tal-informazzjoni li għandha tkun disponibbli għall-pubbliku li jixtieq jakkwista aċċess għal dokumenti uffiċjali mill-awtorità pubblika, inkluż id-dettalji tal-uffiċjal(i) li lilhom għandhom jintbagħtu dawn it-talbiet.

L-uffiċjali FOI tal-Awtorità tal-Artijiet jistgħu jiġu kkuntattjati bl-email fuq [email protected] jew bit-telefon fuq 22953174 / 22953397.

Talbiet FOI jistgħu jiġu sottomessi bl-email fuq [email protected], permezz tal-Portal FOI fuq https://foi.gov.mt/ permezz tal-e-ID jew permezz tal-formola online.

6. Proċeduri Interni ta’ Ilmenti

Applikant li t-talba tiegħu għall-informazzjoni tiġi miċħuda, jew li ma jkunx sodisfatt bl-informazzjoni pprovduta, il-format tagħha jew l-estensjoni tal-iskadenza għas-sottomissjoni tal-informazzjoni mitluba, jista’ jindirizza l-ilment tiegħu lill-uffiċjal FOI tal-Awtorità. L-ilment, fuq il-formola relatata, jiġi riċevut mill-uffiċjal FOI tal-Awtorità. Dan imbagħad jgħaddih lill-Kap Eżekuttiv u tingħata risposta fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mid-data tar-riċeviment tal-ilment, billi jinforma wkoll lill-applikant li jista’ jappella jew jindirizza l-ilment lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data. L-applikant jiġi infurmat ukoll bid-deċiżjoni li tittieħed rigward l-ilment tiegħu u r-raġunijiet tagħha.

Ilmenti jistgħu jiġu sottomessi bl-email fuq [email protected], permezz tal-Portal FOI fuq https://foi.gov.mt/ permezz tal-e-ID jew permezz tal-formola online.

7. Informazzjoni Oħra

Ħlasijiet

Ħlasijiet b’ċekk pagabbli lill-Awtorità tal-Artijiet jiġu aċċettati mill-Uffiċjal FOI, jew jekk jintbagħtu bil-posta, għandhom jiġu indirizzati lill-Uffiċjal FOI, Lands Authority, Auberge de Bavière, Valletta VLT 2000. Iċ-ċekk għandu jkun akkumpanjat bil-Ittra ta’ Notifika relatata.

Ħinijiet tal-Ftuħ
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa
8.30am sa 12:00pm

Jekk jogħġbok timmarka s-sottomissjonijiet postali tiegħek b’“Talba FOI – Attn. FOI Officer” jew “Ilment FOI – Attn. FOI Officer” (skont il-każ), sabiex tiġi żgurata l-kunsinna korretta tat-talba/ilment.

Talbiet/Ilmenti riċevuti fi tmiem il-ġimgħa jew fi jiem festivi jiġu indirizzati fil-jum tax-xogħol li jkun imiss. Kull referenza għal “jiem tax-xogħol” fil-kuntest tal-Att FOI għandha tinftiehem bħala “Mit-Tnejn sal-Ġimgħa”.

8. Dettalji ta’ Kuntatt tal-Awtorità Pubblika

Ikkuntattjana – Awtorità tal-Artijiet.

Telefon (00356) 22953238/39/40/42

Skip to content