Akkwistijiet

Provvista ta’ Servizzi Professjonali minn ‘Periti’ EOI/ 001/ 2017/ LA

L-Awtorità tal-Artijiet qed tfittex li timpjega ‘Periti’ fuq bażi ta’ “Kuntratti għal Servizz” sabiex jagħmlu stimi skont l-Artikolu 79 tal-Att dwar l-Artijiet tal-Gvern (Kap. 573 tal-Liġijiet ta’ Malta).

Għal dan il-għan, l-Awtorità tal-Artijiet qed toħroġ sejħa għal Espressjonijiet ta’ Interess minn dawk il-‘Periti’ li jkunu interessati li joffru s-servizzi professjonali meħtieġa f’dak li għandu x’jaqsam ma’ dan.

Il-‘Periti’, kemm jekk jippreżentaw l-offerta tagħhom bħala operaturi ekonomiċi individwali jew permezz ta’ kumpanija, għandhom jirrapportaw lill-Kap Eżekuttiv jew uffiċjal delegat minnu. Il-‘Periti’ jiġu magħżula għal kull ħatra permezz ta’ rotazzjoni sekwenzjali. Tinżamm reġistrazzjoni ta’ kull ‘Perit’ magħżul skont l-alfabett.

Data tal-Għeluq: Il-Ġimgħa 15 ta’ Settembru 2017 sa 17:00.

Formola tal-Applikazzjoni u Due Diligence – Awtorità tal-Artijiet

Espressjoni ta’ Interess – Periti FULL & FINAL

Skip to content