Abbuż ta’ proprjetà pubblika/tal-Gvern
Id-data kollha miġbura mill-Awtorità hija pproċessata skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (UE) 2016/679, l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kap. 586 tal-Liġijiet ta’ Malta) u liġijiet applikabbli oħrajn.
L-identità ma tiġix divulgata mingħajr il-kunsens tas-suġġett tad-data u tiġi pproċessata internament speċifikament għall-għan tal-investigazzjoni mwettqa mill-Awtorità b’konnessjoni mar-rapport tiegħek.
L-Awtorità tal-Artijiet għandha Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (“DPO”) li huwa responsabbli għal kwistjonijiet relatati mal-privatezza u l-protezzjoni tad-data. Jekk tixtieq tagħmel mistoqsijiet ulterjuri dwar kwistjonijiet ta’ privatezza, id-DPO jista’ jiġi kkuntattjat fl-indirizz ta’ hawn fuq jew b’email: [email protected]
L-Awtorità tal-Artijiet qiegħda taħdem fuq sistema ta’ mmappjar elettroniku għall-pubbliku ġenerali biex isiru jafu aktar dwar il-lokalità ta’ art tal-Gvern. Billi tali sistema għadha mhix disponibbli, tista’ tikklikkja fuq https://landsauthority.org.mt/wp-content/uploads/2019/01/LandsAuthority-FORM-GLA20.pdf u timla d-dettalji meħtieġa kollha. Tista’ tissottometti l-applikazzjoni online jew tniżżilha flimkien mad-dokumentazzjoni meħtieġa, li tinkludi pjanta tas-sit iċċertifikata minn perit li tindika l-lokalità preċiża tal-proprjetà li tistaqsi dwarha.
L-applikazzjoni tiegħek tiġi pproċessata fiż-żmien dovut.
Inkella, tista’ tibgħat email lil [email protected]
Iva, sqaq jista’ jkun ta’ sjieda privata meta jkun żviluppat fuq art li mhijiex proprjetà tal-Gvern ta’ Malta. Għaldaqstant, l-art tibqa’ proprjetà privata u għal użu privat.
Il-kundizzjonijiet li jirregolaw il-kirjiet ta’ proprjetà tal-Gvern ġeneralment huma dawk murija fil-kampjuni tal-kuntratti ppubblikati fuq is-sit web tagħna. Madankollu, xi kuntratti jista’ jkollhom kundizzjonijiet speċifiċi applikabbli għal proprjetajiet partikolari.
Kopji tal-Kuntratti jistgħu jinxtraw mill-Awtorità tal-Artijiet. Kwalunkwe data personali dwar l-inkwilin tiġi redatta skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (UE) 2016/679, l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kap. 586 tal-Liġijiet ta’ Malta) u liġijiet applikabbli oħrajn.
Kuntratti pubbliċi, bħal kuntratti ta’ bejgħ u konċessjonijiet enfitewtiċi, jistgħu jinxtraw min-Nutar tal-Gvern jew mill-Awtorità tal-Artijiet.
L-Awtorità tal-Artijiet hija impenjata li tinvestiga r-rapporti kollha li jiġu sottomessi. Iżda jista’ jkun il-każ li:
(i) id-dettalji sottomessi meta l-każ ġie rrapportat għandu mnejn ma kinux iddettaljati biżżejjed biex tkun tista’ tiġi identifikata l-proprjetà; u/jew
(ii) il-proprjetà mhix tal-Gvern (jiġifieri hija proprjetà privata); u/jew
(iii) l-abbuż irrappurtat ma kienx abbuż affattu iżda kien kopert mill-permessi neċessarji; u/jew
(iv) il-kontumaċi għandu mnejn ingħata ftit żmien biex jirregolarizza ruħu/tirregolarizza ruħha; u/jew
(v) il-każ għandu mnejn ikun xi ftit kumpless li jfisser li kwalunkwe azzjoni mid-Dipartiment se tieħu aktar żmien mis-soltu.
Għaldaqstant inħeġġuk tagħtina biżżejjed żmien biex ninvestigaw każ u nieħdu azzjoni neċessarja, meta u kif applikabbli.
Jekk teħtieġ kwalunkwe informazzjoni dwar azzjoni meħuda mill-Awtorità tal-Artijiet, tista’ ċċempel lis-Servizz għall-Klijenti tal-Awtorità tal-Artijiet fuq 22953904 biex, wara l-verifika dovuta, inkunu nistgħu nipprovdulek l-informazzjoni neċessarja.
Fil-każ li m’intix sodisfatt(a) rigward każ li rrappurtajt, tista’ tikteb lis-CEO, L-Awtorità tal-Artijiet, Il-Berġa tal-Baviera, il-Belt Valletta VLT 2000.
L-Awtorità tal-Artijiet tieħu azzjoni fuq kull abbuż irrappurtat u l-proprjetà inkwistjoni tiġi spezzjonata mill-uffiċjali tal-infurzar.
Madankollu, dan ma jfissirx li l-każijiet ta’ abbuż kollha għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod, sempliċement minħabba li mhux il-każijiet kollha huma l-istess.
Hekk kif l-Awtorità tkun f’pożizzjoni li tieħu deċiżjoni, għandi taġixxi skont il-liġi u għandha tieħu l-miżuri kollha neċessarji biex tissalvagwardja l-interess pubbliku u l-amministrazzjoni xierqa tal-art tal-Gvern.
L-Iskema għal Art Agrikola
L-Iskema għal Art Agrikola hija skema li tippermetti lill-kultivaturi ta’ art agrikola tal-Gvern (inkluża proprjetà li qabel kienet tal-Knisja) biex japplikaw għal kirja ġdida taħt il-benefiċċji offruti mill-iskema.
L-applikazzjonijiet taħt l-iskema ġew riċevuti sal-aħħar ta’ Frar 2002.
Le, ma jistgħux isiru applikazzjonijiet ulterjuri taħt l-Iskema għal Art Agrikola wara d-data tal-għeluq tal-applikazzjonijiet. Xorta tista’ tissottometti applikazzjoni għall-kirja tal-għalqa iżda kwalunkwe kirja se ssir taħt il-termini tal-politika attwali u ma tibbenefikax mill-vantaġġi tal-iskema. Bħalissa, l-applikazzjonijiet kollha għal art agrikola li ma sarux taħt l-Iskema għal Art Agrikola huma sospiżi.
Minħabba n-numru kbir ħafna ta’ applikazzjonijiet li ġew riċevuti taħt l-iskema, in-natura diffiċli u teknika tax-xogħol u anke r-riżorsi umani limitati, l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet taħt l-Iskema għal Art Agrikola mhux miexi bl-għaġla daqs kemm tixtiequ l-Awtorità tal-Artijiet. Madankollu, dan m’għandux iqajjimlek tħassib billi l-art li applikajt għaliha ma tingħatax lil partijiet terzi qabel ma tiġi kkunsidrata l-applikazzjoni tiegħek.
Hekk kif l-applikazzjoni tiegħek tiġi pproċessata, tiġi infurmat(a) bil-posta dwar jekk l-applikazzjoni tiegħek ġietx miċħuda, jew jekk ġietx aċċettata, jew jekk hijiex meħtieġa xi azzjoni oħra min-naħa tiegħek (bħal applikazzjoni għal permess tal-bini għal strutturi li huma ikbar minn 30 metru kwadru). Jekk l-applikazzjoni tiegħek hija aċċettata, tissejjaħ biex tiffirma l-ftehim tal-kirja.
Iva, hemm bosta raġunijiet għaliex l-applikazzjoni tiegħek tista’ tiġi miċħuda. Fost affarijiet oħra, dawn jistgħu jinkludu fatturi bħal li l-art tkun is-suġġett ta’ proġett tal-Gvern; l-art tkun f’żona ta’ żvilupp; l-art tkun qed tintuża għal skopijiet mhux agrikoli; l-art tkun diġà mikrija lil partijiet terzi li ma rrinunzjawx il-kirja tagħhom, eċċ. Tiġi infurmat(a) jekk ikun hemm problemi bħal dawn dwar l-applikazzjoni tiegħek. X’tista’ tagħmel jekk l-applikazzjoni tiegħek hija miċħuda jiddependi fuq jekk inti diġà kellekx kirja qabel fuq l-arti inkwistjoni. Jekk dan ikun il-każ, mela int tkompli tgawdi l-kirja preċedenti tiegħek. Jekk, min-naħa l-oħra, inti ma kellekx tali kirja, ma tista’ tagħmel xejn.
L-applikazzjoni tiegħek ma tistax tiġi pproċessata sakemm int u l-parti terza l-oħra ma taqblux dwar min se jikkultiva liema art. Ikun meħtieġ ftehim iffirmat quddiem avukat jew nutar qabel ma l-applikazzjoni tiegħek tkun tista’ tiġi pproċessata aktar.
L-applikazzjoni tiegħek ma tistax tiġi pproċessata qabel ma tikseb tali ittra ta’ rinunzja.
Le. Int diġà għandek titolu legali validu għall-art u dan ma jistax jiġi tterminat sakemm int ma tiksirx il-kundizzjonijiet tal-kirja. Għaldaqstant int se tkompli żżomm l-art bl-istess kundizzjonijiet bħal qabel.
Le, ma tistax tittrasferixxi l-art li applikajt għaliha lil uliedek qabel ma l-applikazzjoni tiegħek tkun ġiet ipproċessata mill-Awtorità tal-Artijiet. Jekk madankollu l-applikazzjoni tiegħek tiġi aċċettata, imbagħad tkun tista; tittrasferixxi l-kirja lil uliedek. Fil-każ infeliċi li int tmut qabel ma l-applikazzjoni tiegħek tkun ġiet ipproċessata, mela l-werrieta tiegħek ikunu intitolati għal kwalunkwe dritt li kellek b’riżultat tal-applikazzjoni.
Sakemm missierek ikkwalifika biex jingħata kirja taħt l-Iskema għal Art Agrikola, mela l-Awtorità tal-Artijiet se tittrasferixxi l-applikazzjoni lil dawk il-membri tal-familja li jkunu legalment intitolati [f’termini tal-Att dwar it-Tiġdid ta’ Kiri ta’ Raba’] għall-kirja li kieku missierek fil-fatt gawda tali kirja.
Mistoqsijiet dwar Sjieda ta’ Proprjetà
Riżoluzzjoni ad hoc tal-Kamra tad-Deputati b’relazzjoni mat-trasferiment ta’ proprjetà immobbli tal-Gvern hija fejn il-Parlament innifsu japprova l-allokazzjoni ta’ proprjetà lil entità partikolari.
Din il-proċedura hija adottata f’ċirkostanzi speċifiċi fejn il-gvern iħoss li tali allokazzjoni hija importanti għas-Soċjetà Maltija f’bosta modi, għajr minn dħul monetarju. Din il-proċedura normalment tintuża meta s-sottomissjoni tal-allokazzjoni fil-proċess tas-sejħa għall-offerti kieku jkollha effett distorsiv fuq l-eżitu intenzjonat tal-allokazzjoni u fejn allokazzjoni diretta mhix permessa taħt il-politika speċjali approvata mill-Parlament kull tliet snin.
Din il-proċedura partikolari tfisser ukoll li l-allokazzjoni, inkluża l-kundizzjonijiet kollha tat-trasferiment, hija suġġetta għall-iskrutinju tal-Membri tal-Kamra li jiddiskutuha wkoll.
Riżoluzzjoni tal-Kamra hija valida għal perjodu ta’ sena mid-data minn meta tgħaddi u l-Kummissarju tal-Artijiet għaldaqstant irid jiffinalizza l-ftehim tat-trasferiment relattiv f’dan il-perjodu ta’ sena, fejn, fin-nuqqas ta’ dan, tkun meħtieġa riżoluzzjoni ġdida jekk il-gvern jixtieq jipproċedi bit-trasferiment.
Riżoluzzjonijiet riċenti tipiċi tal-Kamra tad-Deputati dwar l-allokazzjoni ta’ proprjetà tal-gvern inkludew il-Proġett ta’ Manoel Island, il-Proġett tal-Kottonera, il-Proġett tal-Cruise Terminal, it-trasferiment ta’ għadd ta’ kumplessi sportivi lil assoċjazzjonijiet sportivi u t-trasferiment ta’ proprjetà lil istituzzjonijiet tal-karità jew mhux governattivi orjentati lejn is-soċjetà.
Ir-Reġistru tal-Artijiet (Property Terrier) jagħmel parti mid-Dipartiment tal-Ġestjoni tal-Proprjetà, u huwa reġistru b’bosta datasets tal-art u l-binjiet li huma proprjetà tal-gvern.
Il-proċedura attwali hija li l-informazzjoni rilevanti hija pprovduta permezz tal-applikazzjoni GLA20 li tista’ tinstab permezz tal-link https://landsauthority.org.mt/wp-content/uploads/2019/01/Lands-Authority-FORM-GLA20.pdf sabiex tistabbilixxi jekk sit huwiex proprjetà tal-Gvern jew le.
Għal aktar informazzjoni tista’ tikkuntattja lid-Dipartiment tas-Servizz għall-Klijenti fuq 22953904 jew bl-email [email protected]
Ir-Reġistru tal-Artijiet ta’ Malta għandu d-dettalji tas-sidien tal-artijiet irreġistrati, iżda ma jagħtux id-dettalji tas-sjieda online. Tkun tista’ tikseb aktar informazzjoni mingħandhom billi tikkuntattja:
Id-Dipartiment tar-Reġistru tal-Artijiet,
Head Office
116, Casa Bolino,
Triq il-Punent,
Il-Belt Valletta, Malta CMR 02
Tel. 21239777
Fax. 21226374
Id-Dipartiment tar-Reġistru tal-Artijiet,
Fergħa ta’ Għawdex,
Ċentru Amministrattiv,
Triq San Franġisk,
Ir-Rabat, Għawdex
Tel. 21555017
Fax. 21555131
Jekk l-art mhix irreġistrata fir-Reġistru tal-Artijiet, mela hija biss kwistjoni ta’ tentattiv wara l-ieħor billi jintużaw metodi biex tiġi stabbilita s-sjieda permezz tal-kultivaturi (li jistgħu jiġu determinati billi teżamina r-rekords tal-kultivaturi miżmuma mir-Razzett Esperimentali tal-Għammieri tal-Gvern fi ħdan il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali) jew permezz tal-ġirien li jistgħu jkunu ta’ għajnuna.
Il-Ġestjoni ta’ Proprjetà Immobbli tal-Gvern
Iva, il-Gvern ta’ Malta għandu l-akbar proporzjon ta’ art fil-pajjiż. Għandu varjetà wiesgħa ta’ proprjetà minn art battala, għal art rurali, binjiet ta’ uffiċini, binjiet kummerċjali, imħażen, garaxxijiet, binjiet residenzjali, fortizzi, torrijiet, pillboxes ta’ żmien il-gwerra, toroq, eċċ. Is-sjieda tal-Gvern ta’ proprjetà immobbli toriġina minn varjetà ta’ sorsi, inkluż:
(I) Proprjetà immobbli li kienet tal-Knisja li tinkludi l-proprjetà kollha li ġiet ittrasferita lill-Istat bis-saħħa tal-Ftehim bejn il-Knisja u l-Istat tal-1991, u tista’ tinkludi kwalunkwe tip ta’ proprjetà iżda l-aktar djar, fletts, garaxxijiet, imħażen u art rurali. Din il-proprjetà hija amministrata mill-Uffiċċju Konġunt. Għal aktar dettalji mur fil-Mistoqsijiet l-Aktar Komuni – Proprjetà li kienet tal-Knisja Ttrasferita lill-Istat.
(Ii) Proprjetà li qabel kienet tas-Servizzi hija proprjetà li ġiet ittrasferita lill-Istat mis-Servizzi Militari Brittaniċi bis-saħħa tal-Att dwar l-Għoti ta’ Artijiet tar-Renju Unit.
(iii) Proprjetà Esproprjata li hija proprjetà intenzjonata għal proġetti pubbliċi li ġiet akkwistata b’mod obbligatorju mill-Gvern taħt l-Att dwar l-Artijiet tal-Gvern.
(iv) Proprjetà li qabel kienet tal-Kavallieri li hija proprjetà li ngħatat lill-Gvern bħala suċċessur tal-Kavallieri ta’ Malta.
(v) Proprjetà Akkwistata li hija proprjetà akkwistata minn partijiet terzi mill-Gvern b’arranġamenti ta’ ftehim amikevoli.
(vi) Proprjetà Oħra li tinkludi proprjetà li titħalla lill-istat jew inkella li tkun proprjetà tal-istat bis-saħħa tal-istatus tas-sjieda battala
(f’termini tal-Kodiċi Ċivili, art li ma għandha l-ebda sjieda titqies li hija proprjetà tal-Gvern).
Ir-responsabbiltà għall-ġestjoni ta’ proprjetà immobbli tal-Gvern taqa’ primarjament fuq l-Awtorità tal-Artijiet. Madankollu, hemm korpi/aġenziji oħra tal-gvern li huma direttament involuti fil-ġestjoni ta’ tipi speċifiċi ta’ proprjetà hekk kif ġej:
(i) Proprjetà industrijali – din tikkonsisti fi proprjetà li hija identifikata mill-Gvern għal użu industrijali/għall-manifattura u ġeneralment tinkludi fabbriki f’oqsma industrijali. Proprjetajiet bħal dawn huma mmaniġġjati u mogħtija mill-Malta Enterprise taħt l-awspiċji tal-Att dwar il-Korporazzjoni għal Żvilupp ta’ Malta u l-Att dwar il-Promozzjoni ta’ Negozji. L-MDC hija vestita b’tali poteri permezz ta’ Klawżola 2 tal-Ordinanza dwar il-Kummissarju tal-Artijiet.
(Ii) Proprjetà residenzjali primarjament tinkludi fletts, maisonettes u djar terraced. Il-politika attwali tal-Gvern tagħti r-responsabbiltà għall-bini u l-allokazzjoni ta’ binjiet residenzjali lill-Awtorità tad-Djar. L-art tal-Gvern għaldaqstant tintuża għall-bini ta’ postijiet bħal dawn li mbagħad jiġu allokati u mmaniġġjati mill-Awtorità tad-Djar. L-Awtorità tad-Djar tista’ wkoll tbigħ tali proprjetajiet taħt kwalunkwe mill-Iskema tagħha stess tas-Sjieda tad-Dar u għal dan il-għan, l-Awtorità tal-Artijiet tittrasferixxi s-sjieda lill-Awtorità tad-Djar. L-istokk tad-djar il-qadim min-naħa l-oħra jiġi allokat mid-Dipartiment tal-Akkomodazzjoni Soċjali li jfassal il-ftehimiet tal-kirja neċessarji mal-inkwilini. Il-kera pagabbli mbagħad tinġabar mill-Awtorità tal-Artijiet (id-Direttorat tal-Artijiet) li jassumi wkoll ir-responsabbiltà għall-infurzar tal-kundizzjonijiet tal-kirja. It-tiswijiet tal-binjiet residenzjali mbagħad huma r-responsabbiltà tad-Dipartiment tat-Tiswija u t-Titjib tal-Awtorità tad-Djar.
(iii) Proprjetà kummerċjali tinkludi t-tipi kollha ta’ proprjetà immobbli tal-Gvern oħra li ma taqax taħt iż-żewġ intestaturi l-oħrajn, inklużi garaxxijiet, ħwienet, boathouses, art rurali, art battala, fortizzi, eċċ. Dan it-tip ta’ proprjetà taqa’ taħt l-immaniġġjar tal-Awtorità tal-Artijiet ħlief li dan jista’ xorta jinvolvi konsultazzjoni ma’ dipartimenti/awtoritajiet oħrajn.
(iv) Proprjetà patrimonjali hija proprjetà li tista’ tiġi speċifikata bħala patrimonju kulturali skont it-termini tal-Att dwar il-Patrimonju Kulturali. Taħt dan l-att, is-Sovrintedent tal-Patrimonju Kulturali jista’ jidħol f’kuntratt ta’ kurazija ma’ kunsill lokali jew ma’ organizzazzjoni mhux governattiva fejn jingħataw il-kustodja ta’ tali proprjetà. Din trid titwettaq skont it-termini tal-Att dwar it-Trasferiment ta’ Artijiet tal-Gvern u għaldaqstant jinvolvi direttament l-Awtorità tal-Artijiet (id-Direttorat tal-Artijiet) fil-proċess.
Iva, hemm bosta liġijiet li jirregolaw l-imġiba tal-Gvern b’relazzjoni mal-ġestjoni tal-proprjetà immobbli tiegħu b’relazzjoni mat-trasferiment tagħha. Il-liġi primarja f’dan ir-rigward hija l-Att dwar it-Trasferiment ta’ Artijiet tal-Gvern.. Iżda hemm għadd ta’ liġijiet oħra li għandhom impatt u konsegwenza diretti fuq il-ġestjoni ta’ tali proprjetà.
L-Att dwar it-Trasferiment ta’ Artijiet tal-Gvern jistipula l-metodi li bihom il-proprjetà tal-Gvern tista’ tiġi ttrasferita (mibjugħa, mikrija, mogħtija b’enfitewsi jew xort’oħra) u jipprovdi wkoll għall-impożizzjoni ta’ penali li ma taqbiżx Lm1000 u/jew il-priġunerija ta’ mhux aktar minn 6 xhur fil-każ ta’ kontravenzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet. Taħt dan l-att, il-modi prinċipali li bihom proprjetà immobbli tal-Gvern tista’ tiġi ttrasferita huma:
(i) indirettament permezz ta’ sejħa għall-offerti kompetittiva; jew
(ii) direttament permezz ta’ riżoluzzjoni ad hoc tal-Kamra tad-Deputati; jew
(iii) direttament skont politika speċjali apposta approvata b’riżoluzzjoni tal-Kamra tad-Deputati; jew
(iv) direttament lil korp korporattiv stabbilit mil-liġi għall-għanijiet ta’ kwalunkwe funzjoni ta’ tali korp (bħall-Enemalta, JobsPlus, Transport Malta, l-Awtorità ta’ Malta għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), l-Awtorità tal-Ippjanar (PA), eċċ.); jew
(v) f’konformità ma’ kwalunkwe liġi oħra li tkun fis-seħħ dak iż-żmien.
Din hija politika li tirregola b’mod ulterjuri t-trasferiment ta’ artijiet tal-gvern u li tipprovdi għal dawk il-każijiet fejn il-Gvern jista’ jittrasferixxi proprjetà b’mod dirett, inkluż il-bejgħ, l-għoti b’enfitewsi u l-għoti ta’ drittijiet ta’ encroachment. Din il-politika speċjali, li titwettaq fil-Parlament taħt l-awspiċji tal-Artikolu 3(1)(b) tal-Att dwar it-Trasferiment ta’ Artijiet tal-Gvern, hija valida għal perjodu ta’ tliet snin mid-data li fiha tgħaddi u għaldaqstant teħtieġ li trid tiġġedded regolarment mill-Parlament.
Bejgħ u Kirjiet
Iva, il-Gvern ibigħ u jikri proprjetà u f’tali kuntest il-proċess sħiħ huwa mmaniġġjat mill-Awtorità tal-Artijiet. It-trasferiment (sew jekk bejgħ, kirja jew l-għoti ta’ drittijiet oħrajn) ta’ proprjetà immobbli tal-Gvern huwa rregolat mill-Att dwar it-Trasferiment ta’ Artijiet tal-Gvern li f’termini ġenerali jistipula li proprjetà immobbli tal-Gvern tista’ tiġi ttrasferita, jiġifieri:
(i) jew permezz ta’ Riżoluzzjoni ad hoc tal-Kamra tad-Deputati; jew
(ii) permezz ta; Stedina għall-Preżentazzjoni tal-Offerti pubblika (ITT); jew
(iii) f’termini ta’ Riżoluzzjoni ta’ Politika approvata mill-Kamra tad-Deputati kull tliet snin; jew
(iv) f’konformità ma’ kwalunkwe liġi oħra.
Tista’ tara lista tal-proprjetajiet li qed jiġu offruti għall-kiri jew għall-bejgħ mill-Awtorità tal-Artijiet fuq is-sit web tad-Dipartiment tal-Informazzjoni.
Tista’ wkoll tikkuntattja lit-Taqsima tas-Servizz għall-Klijenti tal-Awtorità tal-Artijiet fuq in-Numru tat-Telefown 22 953 238 / 239 jew inkella ara l-lista fuq in-noticeboard li tinsab fl-entrata tal-Berġa tal-Baviera, il-Belt Valletta.
Il-bejgħ u l-kirjiet pubbliċi jiġu rreklamati wkoll fil-Gazzetta tal-Gvern u fil-gazzetti nazzjonali.
Il-proprjetà immobbli tal-Gvern li hija offruta għall-kiri jew għall-bejgħ tinsab kważi kullimkien madwar Malta. Il-bejgħ u l-kirjiet tal-Awtorità tal-Artijiet jinkludu kwalunkwe tip ta’ proprjetà immobbli (għajr unitajiet residenzjali li jaqgħu taħt l-Awtorità tad-Djar) kemm f’żoni rurali u urbani inklużi siti ta’ vilel, plottijiet residwali, art battala, garaxxijiet, ħwienet, binjiet ta’ uffiċini u anke l-arja ta’ post. L-Awtorità tal-Artijiet tispeċjalizza fil-bejgħ ta’ rqajja’ tal-art u siti battala u fil-kiri ta’ ħwienet, garaxxijiet u mħażen. Titħejja Stedina għall-Preżentazzjoni ta’ Offerti (ITT) għal kull proprjetà li tinbiegħ jew tinkera f’ITT pubblika. L-ITT tinkludi informazzjoni dwar x’inhi l-proprjetà, inkluża pjanta tal-proprjetà kif ukoll pjanta tal-lokalità biex issib fejn hi l-proprjetà. Jekk teħtieġ tara proprjetà li hija magħluqa (jiġifieri binja għall-kuntrarju ta’ sit), tista’ tagħmel arranġamenti għal appuntament biex tara l-proprjetà billi ċċempel lill-Uffiċjal għall-Offerti fuq in-numru tat-telefown 22953122.
Skemi għall-bejgħ lill-inkwilini ta’ postijiet residenzjali tal-Gvern huma mmaniġġjat mill-Awtorità tad-Djar li toffri għadd ta’ inċentivi biex tħeġġeġ lin-nies isiru sidien tad-djar.
Offerti
Offerta hija stedina lill-pubbliku biex jissottometti offerti għax-xiri ta’ proprjetà tal-Gvern.
L-Offerti jeħtieġ li jsiru fuq il-Formoli tal-Offerta uffiċjali mħejjija mill-Awtorità tal-Artijiet. Partijiet interessati jistgħu jiksbu d-dokumenti tal-offerta mill-Uffiċċju tal-Offerti tal-Awtorità tal-Artijiet, soġġetti għall-ħlas tal-miżati applikabbli. Il-proposti tal-offerta aċċettati huma biss dawk sottomessi fuq l-Formoli tal-Offerta uffiċjali.
L-Offerti jeħtieġ li jiġu sottomessi fuq il-Formoli tal-Offerta uffiċjali mħejjija mill-Awtorità tal-Artijiet. Il-formola tal-offerta flimkien mal-garanzija tal-offerta u kopja tal-irċevuta teħtieġ li titqiegħed fl-envelopp ipprovdut u titqiegħed fil-kaxxa tal-offerti fir-Reception Area tal-Awtorità tal-Artijiet qabel id-data u l-ħin tal-għeluq.
Iva, dejjem jiġi ddikjarat ammont ta’ garanzija minimu fuq id-dokument tal-offerta.
Hija meħtieġa garanzija tal-offerta fil-każijiet kollha. Din hija kkalkulata bħala 10 fil-mija (10%) tal-valur frank u ħieles meta jkun bejgħ, u tliet darbiet l-ammont minimu meta tkun kirja jew għotja enfitewtika. Il-perjodu ta’ żmien tal-Garanzija tal-Offerta jrid ikun għal tliet xhur. Il-Garanzija tal-Offerta tiġi rilaxxata:
meta l-offerent rebbieħ jiffirma l-att jew il-ftehim tal-kirja relattiv
meta l-offerent ma jirnexxix
L-unika istanza fejn l-ammont tal-Garanzija tal-Offerta jinżamm mill-Awtorità tal-Artijiet hija meta l-offerent rebbieħ jonqos li jiffirma l-att jew il-ftehim tal-kirja relattiv.
L-offerti jinfetħu fil-preżenza tal-pubbliku minn Kumitat tal-Offerti ta’ żewġ uffiċjali li jkunu Uffiċjal tal-Offerti li jirrappreżenta l-Uffiċċju tal-Offerti u uffiċjal li jirrappreżenta d-Direttorat tal-Ġestjoni tal-Proprjetà.
Ladarba tintemm is-sessjoni pubbliku tal-ftuħ tal-offerti, tittella’ għall-wiri skeda tal-offerti fuq in-noticeboard pubblika għand l-Awtorità tal-Artijiet.
Mhux neċessarjament. Din id-deċiżjoni tittieħed mill-Bord tal-Arbitraġġ, li tieħu inkonsiderazzjoni istanzi rregolati mill-Att dwar l-Awtorità tal-Artijiet Kap. 573, bħal meta d-dritt tal-ewwel rifjut jingħata lil offerent b’offerta aktar baxxa.
L-offerti normalment jiġu aġġudikati abbażi tal-ogħla offerta riċevuta għajr li (i) l-Awtorità tal-Artijiet tista’ tagħti dritt tal-ewwel rifjut lil kwalunkwe offerent li għandu dritt għalih, (ii) l-Awtorità tal-Artijiet tirriżerva d-dritt li tirrifjuta kwalunkwe offerta.
Dritt tal-ewwel rifjut jingħata skont l-Att dwar l-Awtorità tal-Artijiet (Kapitolu 573).
Iva, kwalunkwe tip ta’ trasferiment ta’ proprjetà mill-Awtorità tal-Artijiet (sew jekk b’bejgħ, enfitewsi jew kirja) jeħtieġ ftehim kuntrattwali formali.
Ladarba l-offerta hija aġġudikata, l-Awtorità tal-Artijiet toħroġ Ittra ta’ Aċċettazzjoni lill-offerent rebbieħ fejn tinfurmah(a) bl-eżitu tal-offerta u tistiednu/tistedinha tagħmel kuntratt ta’ bejgħ pubbliku jew ftehim ta’ lokazzjoni, skont xi jkun il-każ, f’data miftiehma.
Fil-każ tat-trasferiment ta’ sjieda (permezz ta’ bejgħ jew enfitewsi) il-liġi Maltija teħtieġ li jsir kuntratt pubbliku quddiem Nutar Pubbliku. Fil-każ ta’ proprjetà tal-Gvern, tali kuntratt għandu jsir quddiem Nutar tal-Awtorità tal-Artijiet. Jekk hija kwistjoni ta’ kirja sempliċi, isir ftehim bil-miktub bejn il-kerrej u l-Awtorità tal-Artijiet.
Talba għal Konċessjoni ta’ Encroachment fuq proprjetà tal-Gvern
Iva, kull min huwa interessat jikseb konċessjoni ta’ encroachment irid jitlob permess mill-Awtorità tal-Artijiet. It-talbiet jistgħu jvarjaw minn żoni tal-catering fuq barra (mwejjed u siġġijiet), billboards, krejnijiet, vending machines, fosos, substazzjonijiet, eċċ.
L-ewwel pass għall-partijiet interessati huwa li jissottomettu applikazzjoni online biex jitolbu kunsens (l-ebda oġġezzjoni fil-prinċipju) mill-Awtorità tal-Artijiet biex jissottomettu Applikazzjoni ta’ Ppjanar għall-Iżvilupp mal-Awtorità tal-Ippjanar, skont l-Artikolu 71(4) tal-Kapitolu 552 tal-Liġijiet ta’ Malta.
Permezz ta’ perit tal-għażla tiegħek, it-talba għal konċessjoni ta’ encroachment għandha tiġi sottomessa permezz tal-link li ġejja mis-sit web tal-Awtorità tal-Artijiet: https://onlineportal.landsauthority.org.mt/Application/GLA12
Le. Biex applikazzjoni tkun kompluta, trid tavża lill-Awtorità tal-Artijiet li ngħata l-permess għall-iżvilupp mill-Awtorità tal-Ippjanar. Kwalunkwe Permess għall-Iżvilupp jispeċifika li qed jingħata “soġġett għal drittijiet ta’ partijiet terzi. Dan il-permess ma jeżonerax lill-applikant milli jikseb kwalunkwe permess, liċenzja, awtorizzazzjoni, jew rekwiżit simili ieħor neċessarju li joriġina minn kwalunkwe liġi jew regolament ieħor, u lanqas milli jikseb kwalunkwe ċertifikazzjoni jew assigurazzjoni oħra li għandu mnejn tkun meħtieġa”.
L-Awtorità tal-Artijiet imbagħad tikkunsidra l-ħruġ tal-konċessjoni tal-encroachment wara li teżamina d-dokumentazzjoni approvata tal-Ippjanar. Jekk it-talba tiġi approvata, imbagħad tiġi avżat biex tiġi fl-Uffiċċji tagħna biex tiġbor id-dokument tal-konċessjoni u tħallas il-miżata rilevanti tal-encroachment. Id-dokument tal-encroachment jikkonsisti f’informazzjoni u tpinġijiet relatati maż-żona tal-konċessjoni, inklużi kundizzjonijiet speċifiċi li int, bħala d-detentur tal-konċessjoni, teħtieġ li tosserva. Fejn possibbli, kopja tad-dokument tal-konċessjoni għandha tinżamm fuq is-sit.
Kull min jixtieq jikseb encroachment għandu mnejn jeħtieġ jikseb approvazzjonijiet, permessi, liċenzji oħrajn, eċċ. li huma meħtieġa biex jipproċedi bl-iżvilupp, minn Awtoritajiet oħrajn bħall-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), Transport Malta (TM), l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), eċċ.
Il-konċessjonijiet jingħataw b’termini tal-encroachment u għaldaqstant mhumiex trasferibbli. L-Awtorità tal-Artijiet madankollu tista’ tittermina l-konċessjoni tal-encroachment u tagħti waħda ġdida taħt il-kundizzjonijiet applikabbli attwali lis-sid/l-operatur il-ġdid. It-talba trid tiġi sottomessa permezz ta’ email lil [email protected]. Tintalab dikjarazzjoni bil-miktub u ffirmata miż-żewġ partijiet, flimkien ma’ kopja tal-Liċenzja tal-MTA aġġornata.
Le. Skont id-dokument, Politika, Gwida u Standards għal Żoni għal Catering fuq Barra fi Spazju Miftuħ Pubbliku (2016), Żoni għal Catering fuq Barra li huma maġenb u relatati ma’ Ġabbani huma espressament ipprojbiti.
Il-proċess biex titlob permess temporanju għal avvenimenti fuq proprjetà tal-Gvern inbidel riċentement. L-Awtorità tal-Artijiet m’għadhiex toħroġ permessi temporanji f’dan ir-rigward.
Bħala l-organizzatur tal-avveniment, trid tissottometti t-talba tiegħek lill-Għassa tal-Pulizija fil-lokalità fejn l-avveniment huwa skedat. Għandhom jiġu pprovduti wkoll dettalji dwar l-avveniment, inklużi dati u pjanta tas-sit. Il-Pulizija mbagħad jitolbu “ebda oġġezzjoni” mill-Awtorità tal-Artijiet f’ismek billi jibagħtu email lil [email protected]. Ladarba l-Awtorità tal-Artijiet tilħaq deċiżjoni, il-Pulizija jiġu mgħarrfa direttament. Int tiġi inkluż(a) fil-korrispondenza biex tkun tista’ ssegwi l-progress tat-talba tiegħek.
Tista’ tibgħat talba permezz ta’ email lil [email protected], fejn tipprovdi dettalji essenzjali bħad-dati tal-iffilmjar, pjanta tas-sit, u l-għadd ta’ membri tal-crew. Wara li tlesti l-evalwazzjonijiet meħtieġa, l-Awtorità tinfurmak jekk it-talba tiegħek ġietx approvata jew le.
Skadenza, Estensjoni u Trasferiment (Rikonoxximenti) ta’ Kirjiet/Enfitewsi
Sabiex tkun taf x’tista’ tagħmel u x’ma tistax tagħmel, aqra l-kundizzjonijiet tal-kuntratt. Iżda, tipikament, il-kirjiet tal-Gvern ma jippermettux li l-kirjiet jiġu ttrasferiti. Madankollu, jista’ jkun hemm istanzi fejn l-Awtorità tal-Artijiet tista’ tippermetti t-trasferiment ta’ kirja, soġġett għal ċerti kundizzjonijiet.
Il-mistoqsija dwar art miżmuma b’kirja agrikola hija rregolata mill-Att dwar it-Tiġdid ta’ Kiri ta’ Raba’. L-Awtorità tal-Artijiet mhix se taqbel mat-trasferiment tal-kirja għajr kif stipulat fl-Att imsemmi. Ġeneralment, dan ifisser li kirja agrikola tista’ tiġi ttrasferita lil dixxendenti jew axxendenti lineari tal-kerrej. Għaldaqstant, persuna ma tistax pereżempju tittrasferixxi kirja agrikola lil ħuha jew kuġinuha, iżda tista’ tittrasferiha lil uliedha jew lil ġenituri tagħha. Għal spjegazzjoni preċiża tad-drittijiet legali, nissuġġerulek li tfittex l-għajnuna ta’ avukat.
Tkun teħtieġ tissottometti talba bil-miktub lill-Awtorità tal-Artijiet fejn tirrinunzja għal dik il-parti tal-art li qed tiġi ttrasferita lil uliedek u anke tipprovdi pjanta li tindika b’mod ċar l-art mikrija lilek u l-art li qed tiġi ttrasferita. Fl-ittra tiegħek teħtieġ tniżżel l-ismijiet, l-indirizzi u n-Numri tal-Karta tal-Identità ta’ dawk it-tfal li lilhom qed tittrasferixxi l-art. L-ittra ta’ rinunzja u l-pjanta jeħtieġu li jridu jiġu ffirmati mhux biss minnek u l-konjuġi tiegħek (jekk int miżżewweġ/miżżewġa), iżda wkoll miċ-ċessjonarji (uliedek) bħala prova tal-aċċettazzjoni tagħhom tal-kirja. Għal aktar għajnuna ara l-kampjun tal-ittra fl-Applikazzjoni għat-Trasferiment ta’ Kirja Agrikola. Teħtieġ ukoll tipprovdi lill-Awtorità tal-Artijiet b’verżjoni elettronika tal-pjanta (b’Autocad 2000). F’dan ir-rigward, nissuġġerulek li tfittex is-servizzi ta’ perit.
Iva, kerrejja ta’ ħwienet li jixtiequ jgħaddu l-kirja tagħhom lil parti terza, jitħallew jidħlu fi ftehim ta’ trasferiment ta’ kirja mal-istess parti terza matul it-terminu tal-kirja. Dan huwa magħruf bħala t-Trasferiment bil-Proċedura ta’ Avvjament. Iżda, biex tagħmel dan, teħtieġ tissottometti Applikazzjoni għat-Trasferiment ta’ Proprjetà Kummerċjali (Proċedura tal-Avvjament) lill-Awtorità tal-Artijiet. Madankollu jkunu meħtieġa offerti.
Il-kerrejja li jagħlqu 61 sena jistgħu jittrasferixxu l-kirja tagħhom lil kwalunkwe minn uliedhom jew neputijiet, mingħajr ma jkun hemm bżonn ta’ offerti, iżda l-kera annwali tiżdied b’10% għal kull perjodu ta’ 10 snin, jew parti minnhom, li jkun għadda minn meta tkun ġiet stabbilita l-kirja oriġinali. Biex tagħmel dan, teħtieġ tissottometti Applikazzjoni għat-Trasferiment ta’ Proprjetà Kummerċjali (Proċedura tal-Irtirar).
Kerrejja ta’ garaxxijiet, tarznari tad-dgħajjes u mħażen ma jistgħux jittrasferixxu l-kirja lil partijiet terzi (u lanqas lil uliedhom). Iżda persuni li huma meqjusa bil-liġi li huma l-legati jew il-werrieta tal-kerrej ta’ boathouse jew garaxx, li huma intitolati legalment biex ikunu rikonoxxuti bħala tali, għandhom jiġu rikonoxxuti bħala kerrejja iżda l-kera tiżdied b’10% għal kull perjodu ta’ 10 snin, jew parti minnhom, li jkun għadda minn meta tkun ġiet stabbilita l-kirja oriġinali. Fil-każ ta’ mħażen u ħwienet, il-werrieta tal-kerrej deċedut għandhom jiġu rikonoxxuti fil-kirja mingħajr żieda fil-kera.
Teħtieġ tissottometti Applikazzjoni għar-Rikonoxximent ta’ Kirja (Proċedura tal-Wirt) lill-Awtorità tal-Artijiet. Trid tipprovdi wkoll:-
(i) Kopja tat-testment/i tal-kerrej deċedut;
(ii) Ċertifikat mill-Prim Awla tal-Qorti Ċivili ta’ Malta u ta’ Għawdex li jiddikjara li l-kerrej deċedut ma kellu l-ebda testment sigriet;
(iii) Dikjarazzjoni ġuramentata li telenka l-ismijiet, l-indirizzi u n-Numri tal-Karta tal-identità tat-tfal tal-kerrej deċedut;
(iv) Fotokopja tal-Karta tal-identità tal-kerrej deċedut u tat-tfal tiegħu;
(v) Fotokopja tal-aħħar irċevuta tal-kera;
Fejn kwalunkwe mit-tfal intitolati għar-rikonoxximent mhumiex interessati f’tali rikonoxximent, ittra mingħand tali ulied li tiddikjara li huma jirrinunzjaw għad-dritt tagħhom favur l-aħwa indikati.
It-trasferiment/Ir-rikonoxximent ta’ kirjiet residenzjali huwa rregolat mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali. F’dan ir-rigward trid tissottometti l-applikazzjoni tiegħek għar-rikonoxximent lid-dipartiment imsemmi. Id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali, għall-iskopijiet tal-pagamenti tal-kera, irid javża lill-Awtorità tal-Artijiet meta jinħareġ ir-rikonoxximent eventwali.
Fejn il-bini huwa okkupat miċ-ċenswalist rikonoxxut, il-bini jiġi ttrasferit permezz ta’ sejħa għall-offerti fejn l-istess ċenswalist jingħata d-dritt tal-ewwel rifjut. Iċ-ċenswalist ta’ qabel jista’ jitlob pagament għal kwalunkwe għamara li se titħalla fil-proprjetà, iżda persentaġġ ta’ tali pagament ikun pagabbli lill-Gvern. Fejn proprjetà ġiet mikrija lil partijiet terzi miċ-ċenswalist, imbagħad il-proprjetà tinkera lil tali partijiet terzi (sakemm dawn mhumiex dixxendenti jew axxendenti lineari, jew konjuġi, taċ-ċenswalist, u sakemm il-kirja oriġinat mill-inqas 10 snin qabel l-iskadenza tal-enfitewsi – ara wkoll il-Mistoqsija 26).
Bħala l-kerrej attwali, int tista’ (għad-diskrezzjoni tal-Awtorità tal-Artijiet) tingħata kirja ġdida sakemm m’intix dixxendent jew axxendent lineari taċ-ċenswalist (jew konjuġi ta’ dan) u sakemm il-kirja oriġinat mill-inqas 10 snin qabel l-iskadenza tal-enfitewsi. Din il-kirja tkun waħda diretta, mingħajr il-ħtieġa ta’ offerti iżda b’kera ġdida stabbilita mill-Awtorità tal-Artijiet. Jekk, mal-iskadenza tal-enfitewsi temporanja, tkun żammejt il-kirja għal inqas minn 10 snin, jew inkella int kerrej li int axxendent jew dixxendent lineari taċ-ċenswalist (jew konjuġi ta’ dan), mela mbagħad it-tiġdid tal-kirja jista’ jsir biss permezz ta’ offerti, iżda bħala kerrej attwali, int tingħata d-dritt tal-ewwel rifjut.
Le, m’intix intitolat awtomatikament biex il-kirja tiġġedded, peress illi l-Gvern għandu poteri speċjali biex ma jġeddidx il-kirja. Madankollu, sakemm il-kirja li għandek hija għal perjodu li jaqbeż sena, mal-iskadenza (għad-diskrezzjoni tal-Awtorità tal-Artijiet) int tista’ tingħata kirja ġdida b’kundizzjonijiet identiċi ħlief għall-kera li se tkun stabbilita mill-Awtorità tal-Artijiet meta jsir it-tiġdid. Ma jkunx hemm bżonn ta’ sejħa għall-offerti ġdida. L-Awtorità tal-Artijiet madankollu tista’ ġġedded il-kirja jekk tqis li huwa xieraq.
Iva, l-Awtorità tal-Artijiet toffri skema fejn detenturi tal-kirja/ċenswalisti li jixtiequ jinvestu fil-proprjetà tal-Gvern li għandhom b’kirja, jistgħu jingħataw estensjoni għat-terminu tal-kirja attwali tagħhom.
Tiswijiet u Alterazzjonijiet Strutturali
Il-ftehimiet tal-kirja kollha għal proprjetà kummerċjali jinkludu l-obbligu tal-kerrej li jmantni l-post fi stat tajjeb ta’ tiswija u manutenzjoni. L-Awtorità tal-Artijiet tassumi biss ir-responsabbiltà għal tiswijiet li huma ta’ natura straordinarja/strutturali. Kwalunkwe lment dwar tiswijiet għandu jiġi indirizzat lid-Direttorat għall-Ġestjoni tal-Proprjetà fi ħdan l-Awtorità tal-Artijiet. Jekk it-tiswijiet huma approvati, il-kwistjoni tiġi riferuta lid-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u l-Manutenzjoni fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura biex iwettaqhom. Jekk ma jiġux approvati, il-kerrej jintalab iwettaq it-tiswijiet hu stess.
Kwalunkwe talba għal tiswijiet fi proprjetà residenzjali tal-Gvern taħt akkomodazzjoni soċjali għandha titressaq lill-Awtorità tad-Djar.
Iva, proprjetà miżmuma b’kirja ma tistax tiġi alterata bl-ebda mod ħlief bil-kunsens bil-miktub tal-Awtorità tal-Artijiet, kemm fil-każ ta’ binjiet residenzjali kif ukoll fil-każ ta’ proprjetà kummerċjali. Għal dan il-għan, tkun teħtieġ tikteb lid-Direttorat għall-Ġestjoni tal-Proprjetà tal-Awtorità tal-Artijiet fejn turi eżattament fuq pjanta x’alterazzjonijiet teħtieġ tagħmel. Il-pjanti jeħtieġu li jsiru minn perit u trid tiġi sottomessa wkoll kopja tal-permess tal-iżvilupp tal-Awtorità tal-Ippjanar (fejn tali permess huwa meħtieġ mill-Awtorità tal-Ippjanar). L-Awtorità tal-Artijiet madankollu ma tkunx tista’ tagħtik tali permess jekk l-alterazzjonijiet li teħtieġ jestendu ’l barra mill-proprjetà mikrija lilek.
Le, l-Awtorità tal-Artijiet ma tagħtikx tali permess. Dan minħabba li l-arja ta’ fuq il-garaxx normalment mhix inkluża fil-kirja tiegħek. L-għoti tal-arja tal-post taħt kwalunkwe forma ta’ titolu huwa trasferiment u għaldaqstant ikun irid isir skont l-Att dwar it-Trasferiment ta’ Artijiet tal-Gvern, li normalment ifisser li jkunu jridu jinħarġu l-offerti.
Akkwist Obbligatorju ta’ Proprjetà Privata
Iva, f’termini tal-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi, il-Gvern għandu s-setgħa li jieħu f’idejh bil-forza (jesproprja) kwalunkwe proprjetà privata li jista’ jeħtieġ għal skop pubbliku. Għaldaqstant, jekk il-Gvern jeħtieġ jiftaħ triq ġdida jew jibni qasam tad-djar ġdid, jista’ jieħu f’idejh proprjetà privata għall-iskop imsemmi.
L-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi teħtieġ li tinħareġ Dikjarazzjoni tal-President li tiddikjara l-proprjetà bħala meħtieġa għal skop pubbliku. Din id-Dikjarazzjoni tal-President tinħareġ fuq il-parir tal-Kummissarju tal-Artijiet (Direttorat tal-Artijiet) u tiġi ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern, f’tal-inqas żewġ gazzetti lokali (waħda minnhom trid tkun gazzetta ppubblikata bl-Ingliż u l-oħra gazzetta ppubblikata bil-Malti) u fuq in-noticeboard tal-għassa tal-Pulizija, jew, skont xi jkun il-każ, ta’ kull għassa tal-Pulizija tal-belt jew tar-raħal fejn jew fil-limiti ta’ liema tinstab l-art. Fejn is-sidien ta’ proprjetà huma magħrufa, id-Dikjarazzjoni tindika l-ismijiet tas-sidien. Id-Dikjarazzjoni tal-President tirreferi wkoll għal pjanta li tindika l-proprjetà. Din il-pjanta tkun disponibbli għall-wiri fuq talba mal-Awtorità tal-Artijiet (Direttorat tal-Artijiet). Jekk għandek xi dubji dwar jekk xi proprjetà tiegħek qatt kinitx iddikjarata bħala meħtieġa għal skop pubbliku, tista’ tagħmel appuntament bil-quddiem u żżur l-Awtorità tal-Artijiet biex tiċċekkja l-affarijiet. Biex tagħmel tali appuntament, jekk jogħġbok ċempel lis-Servizz għall-Klijenti fuq in-Numru tat-Telefown 22 953 238 / 239
jew ibgħat email fuq [email protected].
Id-Direttorat tal-Artijiet fi ħdan l-Awtorità tal-Artijiet għandu responsabbiltà ġenerali għal-leġiżlazzjoni u l-proċeduri li jirregolaw l-akkwist obbligatorju u l-kumpens dovut. Madankollu, ta’ min jinnota li r-rwol tad-Direttorat tal-Artijiet huwa biex jiffaċilita l-proġetti mibdija minn dipartimenti/korpi oħra tal-Gvern fir-rigward ta’ proprjetà privata li għandu mnejn teħtieġ li tiġi esproprjata. L-akkwist tal-artijiet f’isem tali dipartimenti jinħareġ biss wara l-approvazzjoni tal-Ministeru responsabbli għal tali dipartiment.
Trid tgħaddi l-proprjetà lill-Gvern fi żmien 14-il ġurnata mid-data tal-ħruġ tad-Dikjarazzjoni tal-President, jew fil-każ ta’ proprjetà residenzjali, fi żmien 14-il ġurnata minn meta tiġi pprovdut akkomodazzjoni ulterjuri.
Il-Gvern għandu s-setgħa li jieħu f’idejh il-proprjetà tiegħek hekk kif jiskadi l-limitu ta’ 14-il ġurnata, u għaldaqstant jista’ jiżgumbrak jekk l-iskeda tal-proġett teħtieġ dan.
Jekk il-proprjetà inkwistjoni hija l-post ta’ residenza tiegħek, il-Gvern għandu jipprovdilek akkomodazzjoni alternattiva adegwata. Fil-każ ta’ proprjetà kummerċjali (eż. garaxx, maħżen, ħanut, eċċ.) l-Awtorità tal-Artijiet mhix obbligata tipprovdilek post alternattiv. L-Awtorità tal-Artijiet madankollu tipprova tipprovdilek alternattiva tal-istess erja bejn wieħed u ieħor sakemm tali postijiet alternattivi jkunu disponibbli u sakemm il-proprjetà tintuża għall-istess skop li kont tgawdi qabel. Infakkruk ukoll li, fil-każ ta’ proprjetà ta’ sjieda privata u skont it-termini tal-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi, int għandu mnejn tkun intitolat(a) għal kumpens għall-esproprjazzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà tiegħek.
Il-Gvern jista’, għad-diskrezzjoni tiegħu, jesproprja proprjetà jew b’termini ta’ akkwist assolut jew b’termini ta’ pussess u użu jew b’dominju pubbliku. F’kull każ il-kumpens offrut mill-Gvern huwa l-valur tal-akkwist, kera tal-akkwist annwali u kera ta’ għarfien annwali rispettivament. Il-liġi nnifisha tistipula l-mod li fih kull tip ta’ kumpens għandu jiġi kkalkulat.
Taħt l-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi, il-gvern għandu jħallsek kumpens ġust kif stipulat fl-Ordinanza. Il-liġi nnifisha tistipula kif dan il-kumpens għandu jiġi kkalkulat. L-Awtorità tal-Artijiet (Direttorat tal-Artijiet) tressaq ittra ġudizzjarja (magħrufa bħala l-Avviż tal-Ftehim) kontrik quddiem il-Bord tal-Arbitraġġ dwar Artijiet, fejn tinfurmak dwar l-ammont ta’ kumpens li l-Gvern huwa lest li joffrilek għall-proprjetà tiegħek. Int intitolat(a) wkoll għal danni bir-rata ta’ 5% mid-data tad-dħul fil-proprjetà tiegħek.
Le, m’intix obbligat(a) taċċetta l-kumpens offrut. Madankollu, jekk beħsiebek tikkuntesta l-ammont offrut, trid tagħmel dan billi tressaq ittra ġudizzjarja kontra l-Kummissarju tal-Artijiet (l-Awtorità tal-Artijiet) fi żmien 21 ġurnata mid-data tar-riċevuta tal-Avviż tal-Ftehim. Jekk tonqos li tagħmel dan, ikun ifisser li aċċettajt il-kumpens offrut.
Huwa l-Bord tal-Arbitraġġ dwar Artijiet li jiddeċiedi l-kumpens ġust pagabbli ħlief fejn l-ammont ma jkunx ġie kkuntestat, il-Bord se jiddikjara li l-kumpens dovut huwa dak iddikjarat fl-Avviż tal-Ftehim.
Il-Bord tal-Arbitraġġ dwar Artijiet huwa parti integrali tal-Qrati tal-Ġustizzja u huwa stabbilit taħt id-dispożizzjonijiet tal-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi biex jiddeċiedi dwar materji relatati mal-akkwist obbligatorju ta’ proprjetà taħt l-istess Ordinanza.
Hija meħtieġa applikazzjoni ġudizzjarja biex il-materja tittella’ quddiem il-Bord. Fejn ma jkunx hemm qbil bejn il-partijiet dwar il-kumpens pagabbli, il-parti li mingħandha l-art ġiet esproprjata tista’ tagħmel applikazzjoni lill-Bord tal-Arbitraġġ dwar Artijiet fi żmien 21 ġurnata wara li titwassal l-Ittra Ġudizzjarja mressqa mill-Kummissarju tal-Artijiet fejn ikun ġie offrut il-kumpens.
Sfortunatament, ma hemmx tweġiba eżatta u ċara li tista’ tingħata għal din il-mistoqsija. Dan minħabba li tant hemm parametri u ċirkostanzi li jistgħu jkollhom effett dirett fuq il-kapaċità tal-Awtorità tal-Artijiet li tipproċessa u tiffinalizza l-akkwist ta’ proprjetà. Dawn jinkludi tali fatturi bħan-natura rudimentali tar-rekords tas-sjieda tal-proprjetà f’Malta, it-titoli tal-proprjetà uniċi taħt il-liġijiet Maltin, il-kumplikazzjonijiet tal-wirt, id-disponibbiltà tal-fondi, saffi differenti ta’ sjieda tal-proprjetà, il-valuri tas-suq tal-proprjetà, proċeduri tal-Qorti twal, riżorsi limitati tal-persunal tal-Awtorità tal-Artijiet u l-kwantità kbira ta’ esproprjazzjonijiet ta’ proprjetà li kellhom jitwettqu bħala riżultat tal-iżvilupp u l-proġetti infrastrutturali tal-pajjiż. Fi snin riċenti, l-Awtorità tal-Artijiet wettqet inizjattivi varji biex tiffaċilita l-proċess tal-akkwist inklużi miżuri baġitarji biex tiżgura li proġetti ta’ akkwist ġodda huma finanzjati b’mod adegwat qabel il-bidu, id-delega tal-istimi tal-proprjetajiet u tax-xogħol tar-riċerka lil periti u avukati privati u anke emendi fil-liġi biex tiffaċilita pproċessar aktar veloċi.
Iva, tista’. Sakemm il-Gvern m’għandu l-ebda użu għal skop pubbliku għall-proprjetà u sakemm il-kuntratt tal-akkwist ma ġiex iffirmat (jiġifieri int ma tħallastx għall-proprjetà), l-Awtorità tal-Artijiet tista’ tirrilaxxa l-proprjetà lura lilek. Dan se jeħtieġ approvazzjoni mill-Ministeru (meħtieġa l-approvazzjoni tal-Ministru) li jkun oriġina l-esproprjazzjoni u l-ħruġ sussegwenti ta’ dikjarazzjoni tal-President tar-rilaxx mill-akkwist. Tkun meħtieġ(a) ukoll tiffirma formola ta’ indennizz li tirrilaxxa lill-Awtorità tal-Artijiet minn kwalunkwe pretensjoni għal danni. F’dawk l-istanzi fejn il-kuntratt tal-akkwist ikun ġie finalizzat, il-materja hija xi ftit differenti billi l-Gvern għandu mnejn ikun alloka s-sit b’kirja lil partijiet terzi. Spiss dan iseħħ fil-każ ta’ siti residwi. F’tali każ, l-Awtorità tal-Artijiet tista’ tittrasferixxi l-proprjetà lura lilek sakemm int tkun lest(a) li taċċettaha kif inhi. L-Awtorità tal-Artijiet imbagħad tidħol f’kuntratt fejn tbigħ is-sit lura lilek bil-prezz oriġinali li tkun ħallset għalih. Madankollu int ikollok tħallas danni b’5% fuq l-ammont prinċipali mid-data tal-kuntratt tal-akkwist sad-data tal-kuntratt tal-bejgħ lura. Dan il-proċess huwa possibbli permezz ta’ emenda fl-Att dwar it-Trasferiment ta’ Artijiet tal-Gvern li ġiet sponsorjata mill-Awtorità tal-Artijiet.
Le, int intitolat(a) biss li tirċievi l-kumpens ġust f’termini tal-liġi rilevanti u l-Awtorità tal-Artijiet normalment tħallsek dan il-kumpens ġust fi flus kontanti. Madankollu, l-Awtorità tal-Artijiet tqis kwalunkwe suġġeriment li tagħmel għall-iskambju tad-drittijiet għal kumpens tiegħek ma’ art oħra tal-Gvern, sakemm id-differenza fil-valur bejn it-tnejn ma taqbiżx it-30 fil-mija. Id-deċiżjoni jekk twettaqx l-iskambju hija l-prerogattiva tal-Awtorità tal-Artijiet biss.
Fejn nista’ nsib aktar għajnuna dwar l-esproprjazzjoni tal-proprjetà tiegħi?
Tista’ tingħata aktar għajnuna billi tikkuntattja lill-Uffiċċju tas-Servizz għall-Klijenti tal-Awtorità tal-Artijiet. Jekk jogħġbok mur fil-paġna Ikkuntattjana f’dan is-sit web għal aktar dettalji. Madankollu, infakkruk li kwalunkwe mistoqsija li tagħmel tkun teħtieġ li tipprovdi ċerta informazzjoni min-naħa tiegħek inkluż pjanta tas-sit u possibbilment referenzi tal-fajls tal-Awtorità tal-Artijiet.
Ftehimiet ta’ Kirja, Kundizzjonijiet ta’ Kirja u Pjanti tal-Proprjetà
L-interessi tal-Gvern bħala sid il-kera huma, bi prinċipju, simili ħafna għal dawk ta’ sid privat billi l-Gvern jipprova jkollu dħul ġust fuq il-proprjetà u jixtieq jiżgura li l-kundizzjonijiet tal-kirja huma adegwati biex iħarsu l-interessi tal-proprjetà tiegħu. Il-kundizzjonijiet taħt liema tingħata proprjetà tal-Gvern jistgħu jvarjaw mat-tip ta’ għotja iżda tinkludi wkoll klawsoli tipiċi bħall-kera pagabbli, il-perjodu u l-modalità tal-ħlas tal-kera, il-klawsoli tat-terminazzjoni, x’inhu permess u x’mhuwiex, il-konsegwenzi ta’ nuqqas, eċċ. Is-sit web tal-Awtorità tal-Artijiet tipprovdi għadd ta’ kampjuni ta’ kundizzjonijiet tal-kuntratti għal tipi differenti ta’ għotjiet u dawn huma disponibbli billi żżur il-paġni tar-Riżorsi.
Bħala kerrej, int intitolat(a) għal kopja tal-ftehim tal-kirja tiegħek flimkien ma’ kopja tal-pjanta jekk hija disponibbli. L-Awtorità tal-Artijiet tipprovdilek kopja meta jiġi ffirmat il-ftehim tal-kirja. Tista’ titlob kopji addizzjonali aktar tard billi ċċempel lit-Taqsima tas-Servizz għall-Klijenti fuq in-Numru tat-Telefown 21232205. Trid titħallas miżata għal kopji addizzjonali hekk kif ġej:
Ftehimi/kuntratti ta’ kirja: €0.58 għal kull paġna (minimu €4.65)
Pjanti – Daqs A0: €23.30(jistgħu jiġu ċċarġjati miżati addizzjonali skont il-kumplessità tal-pjanta)
Daqs A1 €18.63
Daqs A2 €13.97
Daqs A3 €9.31
Daqs A4 €4.65
Bħala kerrej, int obbligat(a) li tosserva l-kundizzjonijiet kollha tal-kirja u mhux biss dawk relatati mal-ħlas tal-kera. In-nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet tal-kirja jitqies bħala kwistjoni serja mill-Awtorità tal-Artijiet u għaldaqstant jista’ jwassal għat-terminazzjoni jew in-nuqqas ta’ tiġdid tal-kirja u l-iżgumbrament eventwali taħt is-setgħat speċjali mogħtija lill-Kummissarju tal-Artijiet permezz tal-Att dwar Żgumbrament minn Artijiet. Huwa rrakkomandat bil-qawwa li ma tikser l-ebda kundizzjoni tal-kirja.
Il-kirja tiegħek tgħidlek kemm żmien qabel trid tavża jekk se tiċċaqlaq fit-tmiem (jew qabel it-tmiem) tat-terminu tal-kirja. Jekk tiċċaqlaq qabel it-tmiem tat-terminu tal-kirja se tikser it-termini tal-kirja u tkun responsabbli għal kwalunkwe tariffi kif spjegati fil-kirja meta tkun kontumaċi. B’mod tipiku, dawn ikunu l-ħlas tal-kumplament tal-kera sat-tmiem tat-terminu tal-kirja tiegħek, wara li titnaqqas il-kera riċevuta minn kerrej sussegwenti għall-istess perjodu.
Le, ma tistax tibdel l-ebda kundizzjoni tal-kirja sakemm il-kundizzjonijiet kuntrattwali nfushom ma jipprovdux għal tali bidla. F’termini tal-Att dwar it-Trasferiment ta’ Artijiet tal-Gvern, il-bidla ta’ kundizzjoni tal-kirja hija ugwali għal trasferiment ġdid u għaldaqstant għandha tiġi kkunsidrata taħt il-proċeduri ta’ trasferiment ikkontemplati fil-liġi. Normalment, dan ifisser li l-proprjetà terġa’ tinħareġ b’offerta jew inkella li tipprova tinkiseb l-approvazzjoni tal-Kamra tad-Deputati permezz ta’ riżoluzzjoni speċjali.
FAQs dwar il-Formola ta’ Applikazzjoni Online
Biex tissottometti Formola ta’ Applikazzjoni, irid ikollok kont tal-e-ID. Tista’ ssib id-dokumentazzjoni speċifika meħtieġa għall-Formola ta’ Applikazzjoni li se tiġi sottomessa, billi tagħfas il-link “Ikklikkja hawn biex tapplika” tal-Formola ta’ Applikazzjoni speċifika.
Din se tieħdok lejn il-paġna tal-Prerekwiżiti għall-Applikazzjoni magħżula.
Tista’ tirreġistra għall-kredenzjali tal-e-ID permezz ta’ din il-link https://onlineportal.landsauthority.org.mt/User/eIDLogin
Biex tilloggja bl-e-ID tiegħek, iħħoverja l-maws fuq l-ikona “Idħol” (Sign In) fuq nett fuq il-lemin u kklikkja “Idħol”. L-iskrin tal-login tal-e-ID jittella’. Daħħal il-kredenzjali tal-e-ID tiegħek u kklikkja “Idħol”.
Ladarba tilloggja, il-karta tal-identità tiegħek tkun tidher, li tindika li tkun illoggjat(a).
Dan normalment jiġri meta utent jinħareġ awtomatikament wara perjodu ta’ inattività. Iħħoverja l-maws fuq l-ikona “Idħol” fuq nett fuq il-lemin u kklikkja “Idħol”, wara li s-sessjoni tiskadi u pproċedi biex terġa’ tilloggja.
Huma biss il-Formoli LC1 u Agri1 li jistgħu jiġu sottomessi f’isem xi ħadd ieħor. L-LC1 tista’ tiġi sottomessa minn rappreżentant maħtur u l-AGRI1 tista’ tiġi sottomessa minn parti terza li timla l-applikazzjoni għall-applikant. Il-Formoli PLA1, PLA2 u GLA12 iridu jiġu sottomessi minn Perit.
Dan iseħħ meta jkun meħtieġ aktar minn fajl wieħed biex jittella’ fl-istess qasam biex ittella’ fajl, bħal ritratti. Sabiex ittella’ bosta fajls/dokumenti:
⦁ Ikklikkja l-buttuna Tella’ (Upload).
⦁ Sib il-fajls/dokumenti fuq il-kompjuter personali tiegħek (PC).
⦁ Żomm il-buttuna CTRL (fuq it-tastiera).
⦁ Agħżel il-fajls/dokumenti kollha meħtieġa.
⦁ Ikklikkja l-buttuna Tella’ (Upload).
⦁ Sib il-fajls/dokumenti fuq il-kompjuter personali tiegħek (PC).
⦁ Żomm il-buttuna CTRL (fuq it-tastiera).
⦁ Agħżel il-fajls/dokumenti kollha meħtieġa.
Biex ittella’ l-fajl(s)/dokument(i) it-tajbin, ikklikkja l-buttuna “Tella’” (Upload) tal-qasam biex ittella’ l-fajls li fih teħtieġ ittella’ l-fajl(s)/dokument(i) it-tajbin u agħżel il-fajl(s)/dokument(i) it-tajbin.
Tista’ tissejvja applikazzjoni qabel it-taqsima “Dokumentazzjoni” billi tikklikkja l-buttuna “Issejvja” (Save).
L-applikazzjoni hija ssejvjata u jitla’ messaġġ fuq nett tal-paġna.
⦁ Iħħoverja l-maws fuq il-Karta tal-Identità.
⦁ Agħżel l-għażla “Applikazzjonijiet Issejvjati” mill-menù.
Titla’ l-lista tal-applikazzjonijiet issejvjati. Tista’ wkoll tiffiltra l-lista billi tuża l-menù dropdown tal-filtru fuq nett tal-paġna jekk għandek aktar minn applikazzjoni waħda ssejvjata.
⦁ Ikklikkja fuq il-link tal-applikazzjoni ssejvjata li tixtieq tissottometti.
⦁ L-applikazzjoni tiggwidak tul il-passi kollha biex tkun tista’ tirrevedi l-informazzjoni li mlejt. Ikklikkja fuq il-buttuna “Li Jmiss” (Next) biex tkompli bl-applikazzjoni. Tista’ temenda kwalunkwe informazzjoni li teħtieġ li hija neċessarja.
⦁ Tella’ l-fajl(s)/dokument(i) mitluba u kompli bis-sottomissjoni tal-applikazzjoni tiegħek.
Ladarba l-applikazzjoni tkun sottomessa, titlagħlek konferma li tinkludi n-numru tal-applikazzjoni. Se tirċievi wkoll konferma permezz ta’ email b’kopja tal-applikazzjoni (il-fajls/dokumenti li ttella’ ma jkunux inklużi fl-email).
Jekk iseħħ dan l-iżball, jekk jogħġbok ikkuntattja lis-servizz għall-klijenti fuq l-indirizz elettroniku li ġej [email protected] jew in-numri tat-telefown 22953000; 21224016; 21224017 biex tiġi ggwidat(a) kif xieraq. Jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni li ġejja lis-servizz għall-klijenti:
⦁ L-applikazzjoni li qed tiġi sottomessa (pereż. AGRI1).
⦁ Liema brawżer qed tuża (pereż. Google Chrome, Firefox)
⦁ Liema apparat qed tuża (pereż. PC tad-dar jew laptop, apparat mobbli)
⦁ F’liema stadju tela’ l-iżball (pereż. l-istadju tad-Dokumentazzjoni, l-istadju tas-Sottomissjoni).
Ċerti applikazzjonijiet għandu mnejn jeħtieġu ħlas bil-quddiem waqt il-proċess tas-sottomissjoni. Bħalissa, dan huwa applikabbli biss għall-applikazzjoni GLA25 (l-Iskema tal-Garaxxijiet)
⦁ Ladarba tasal fl-istadju tal-ħlas, daħħal id-dettalji kollha tal-pagament u aqra t-termini u l-kundizzjonijiet.
⦁ Ikklikkja “Kompli” (Continue) biex tagħmel il-ħlas.
Ladarba jsir il-ħlas, titlagħlek konferma li tinkludi n-numru tal-applikazzjoni. Se tirċievi wkoll konferma permezz ta’ email b’kopja tal-applikazzjoni (il-fajls/dokumenti li ttella’ ma jkunux inklużi fl-email) kif ukoll riċevuta tal-ħlas bl-email.
⦁ Iħħoverja l-maws fuq il-Karta tal-Identità.
⦁ Agħżel l-għażla “Applikazzjonijiet Issejvjati” mill-menù.
Titla’ l-lista tal-applikazzjonijiet sottomessi. B’mod awtomatiku, l-applikazzjonijiet li qed jistennew il-feedback tiegħek jittellgħu awtomatikament. Tista’ wkoll tiffiltra l-lista billi tuża l-menù tal-filtru fuq nett tal-paġna jekk għandek aktar minn applikazzjoni waħda sottomessa.
Tista’ tiffiltra skont in-Numru tal-Applikazzjoni jew skont l-Istatus tal-applikazzjonijiet u l-lista tal-applikazzjonijiet tittella’ skont dan.
Tiġi avżat permezz ta’ email jekk tkun teħtieġ tirrettifika xi dokumentazzjoni li tkun tellajt. Huwa importanti li tinnota li għandek 30 jum kalendarju biex tissottometti l-informazzjoni mitluba. L-applikazzjoni tingħalaq, jekk ma tissottomettix l-ebda feedback min-naħa tiegħek, f’liema każ tirċievi notifika bl-email li l-applikazzjoni tiegħek ingħalqet.
1. Illoggja bl-e-ID tiegħek.
2. Ikklikkja “Applikazzjonijiet Sottomessi” mill-menù.
3. Sib l-applikazzjoni u kklikkja fuq il-link biex tiftaħ l-iskrin “Emenda l-Applikazzjoni”.
4. Iċċekkja r-rimarki u l-kummenti kif indikat hawn fuq.
5. Tista’ wkoll tniżżel il-fajl li huma mmarkat bħala żbaljat billi tikklikkja l-buttuna “Niżżel” (Download) ħdejn il-fajl.
6. Erġa’ tella’ l-fajl(s)/dokument(i) it-tajbin billi tikklikkja l-buttuna “Tella’” (Upload) għad-dokument żbaljat.
7. Ikklikkja l-buttuna Issottometti biex tissottometti l-fajl(s)/dokument(i) it-tajbin.
Għandu mnejn tintalab tissottometti dokumenti addizzjonali (apparti dawk sottomessi fl-applikazzjoni) Tista’ ttella’ dawn il-fajl(s) billi tuża l-qasam biex ittella’ l-fajls “Informazzjoni Addizzjonali Mitluba mill-Awtorità tal-Artijiet” fil-qiegħ tal-paġna.
1. Ikklikkja l-buttuna “Tella’” (Upload) biex ittella’ l-fajl(s)/dokument(i) mitluba.
2. Ikklikkja l-buttuna Issottometti biex tissottometti l-fajl(s)/dokument(i).
Le, il-konferma ma tfissirx li l-applikazzjoni qed tiġi pproċessata. Ladarba l-applikazzjoni tkun qed tiġi pproċessata, se tirċievi email oħra li tinfurmak li l-applikazzjoni tiegħek ġiet eżaminata u issa hija vvalidata għall-ipproċessar.
Tiġi avżat permezz ta’ email jekk l-Awtorità tal-Artijiet teħtieġ informazzjoni addizzjonali apparti minn dik sottomessa fl-applikazzjoni.
1. Illoggja bl-e-ID tiegħek.
2. Ikklikkja “Applikazzjonijiet Sottomessi” mill-menù.
3. Sib l-applikazzjoni u kklikkja fuq il-link biex tiftaħ l-iskrin “Emenda l-Applikazzjoni”.
Tista’ ttella’ dawn il-fajl(s) billi tuża l-qasam biex ittella’ l-fajls “Informazzjoni Addizzjonali Mitluba mill-Awtorità tal-Artijiet” fil-qiegħ tal-paġna.
1. Ikklikkja l-buttuna “Tella’” (Upload) biex ittella’ l-fajl(s)/dokument(i) mitluba.
2. Ikklikkja l-buttuna Issottometti biex tissottometti l-fajl(s)/dokument(i).
Le, l-applikazzjonijiet u d-dokumentazzjoni kollha jridu jiġu sottomessi permezz tal-portal tal-Awtorità tal-Artijiet. Huwa importanti ħafna li tinnota li l-emails li tirċievi huma messaġġi awtomatiċi, għaldaqstant ma tistax tweġibhom jew tibgħat messaġġi lill-indirizz elettroniku msemmi.
Jekk jogħġbok ikkuntattja lis-servizz għall-klijenti fuq l-indirizz elettroniku li ġej [email protected]. Inkludi d-dettalji tiegħek flimkien man-numru tal-warrant fl-email.
Delegati huma persuna jew persuni awtorizzati biex jimlew applikazzjoni f’isem xi ħadd ieħor
1. Illoggja billi tuża l-kredenzjali tal-e-ID tiegħek (ladarba tilloggja, il-karta tal-identità tiegħek tkun tidher, li tindika li tkun illoggjat(a)).
2. Ikklikkja fuq in-Numru tal-Karta tal-Identità u tinfetaħ il-menù.
3. Agħżel l-għażla “Immaniġġja d-Delegati” mill-menù.
Il-lista tad-delegati attivi timtela.
4. Ikklikkja l-buttuna “Żid Delegat” biex iżżid delegat ġdid.
5. Daħħal il-Karta tal-Identità u d-Data tat-Twelid tal-persuna li tixtieq iżżid bħala d-delegat tiegħek.
6. Ikklikkja l-buttuna “Fittex” (Search).
7. Id-dettalji tad-delegat (Isem u Kunjom) jiġu rkuprati jekk ikunu jaqblu mad-dettalji li daħħalt.
8. Ikklikkja l-buttuna “Tella’” (Upload) biex tibbrawżja għall-formola tal-kunsens tad-Delegat mimlija dovutament u tellagħha.
9. Ikklikkja l-buttuna “Żid id-Delegat” biex toħloq id-Delegat.
10. Ikkonferma l-kaxxa tad-djalogu billi tikklikkja “Iva”.
Id-delegat li jkun għadu kif inżied jiġi inkluż fil-lista tad-delegati attivi ladarba kkonfermat.
1. Illoggja billi tuża l-kredenzjali tal-e-ID tiegħek (ladarba tilloggja, il-karta tal-identità tiegħek tkun tidher, li tindika li tkun illoggjat(a)).
2. Ikklikkja fuq in-Numru tal-Karta tal-Identità u tinfetaħ il-menù.
3. Agħżel l-għażla “Immaniġġja d-Delegati” mill-menù.
Il-lista tad-delegati attivi timtela.
4. Ikklikkja l-Ikona Neħħi ħdejn id-Delegat li tixtieq tneħħi.
5. Ikkonferma t-tneħħija tad-Delegat billi tikklikkja “Iva”.
L-aċċess għall-applikazzjonijiet sottomessi mid-Delegat f’isem il-Perit jiġi revokat minnufih ladarba t-tneħħija hija kkonfermata.
Iva, tista’ żżid bosta delegati. Jekk jogħġbok irreferi għat-taqsima “Kif inżid Delegat” biex iżżid delegati.
1. Illoggja billi tuża l-kredenzjali tal-e-ID tiegħek (ladarba tilloggja, il-karta tal-identità tiegħek tkun tidher, li tindika li tkun illoggjat(a)).
○ Jekk din hija l-ewwel darba, se tintalab tikkonferma d-dettalji u taġġorna d-dettalji li jkunu neqsin. B’mod awtomatiku, id-dettalji jimtlew awtomatikament mill-e-ID iżda tista’ tibdel l-indirizz elettroniku u l-Indirizz. Bħala Delegat, tista’ tissottometti applikazzjonijiet li normalment jiġu sottomessi minn Perit biss.
○ Jekk, bħala Delegat, inti wkoll Perit jew delegat għal aktar minn Perit wieħed, se tintalab tagħżel f’isem liema Perit qed tissottometti l-applikazzjoni.
Id-dettalji tal-Perit jimtlew awtomatikament.
2. Ikklikkja fuq il-link “Ikklikkja Hawn biex Tapplika” għall-applikazzjoni li tixtieq tissottometti.
3. Id-Dettalji tal-Perit jimtlew awtomatikament.
4. Meta tikklikkja Li Jmiss tittieħed lejn l-istadju li jmiss fil-Proċess tal-Applikazzjoni.
5. Ikklikkja l-buttuna “Issejvja” (Save) qabel l-istadju tad-Dokumentazzjoni biex tissejvja l-applikazzjoni tiegħek bħala abbozz.
○ Bħala Delegat tista’ tissejvja l-applikazzjonijiet u tirkuprahom meta tagħżel l-għażla “Applikazzjonijiet Issejvjati” li tinsab taħt il-menù li titla’ meta tikklikkja l-Karta tal-Identità.
6. Tella’ d-dokumentazzjoni neċessarja fit-tab rilevanti skont dan ta’ hawn taħt (oqsma mmarkata b’asterisk [*] huma obbligatorji).
7. Agħfas “Li Jmiss” biex tissottometti l-Applikazzjoni tiegħek.
8. Wara li jirnexxilek tissottomettiha, tintwera Konferma li tispeċifika n-Numru tal-Applikazzjoni u kopja tal-applikazzjoni (id-Dettalji biss, l-ebda fajl) tintbagħat permezz ta’ email.
Kull korrispondenza tintbagħat bl-email kemm lid-delegat kif ukoll lill-Perit.
Iva, Periti differenti jistgħu jżidu l-istess persuna bħala d-delegat tagħhom.
Il-Periti jistgħu jaraw l-applikazzjonijiet sottomessi f’isimhom mid-Delegati tagħhom, billi jagħżlu l-għażla “Applikazzjonijiet Sottomessi” li tinsab taħt il-menù li titla’ meta tikklikkja l-Karta tal-Identità.
Le, applikazzjoni li għadha qed tiġi pproċessata mid-Delegat tiegħek, ma tkunx tista’ taraha sakemm l-applikazzjoni ma tiġix sottomessa mid-delegat tiegħek.