Libertà tal-Informazzjoni
Il-Liġi dwar il-Libertà ta’ Informazzjoni (ATT XVI tal-2008) għandha l-għan li tistabbilixxi d-dritt għall-informazzjoni miżmuma mill-awtoritajiet pubbliċi sabiex tippromwovi aktar trasparenza u responsabbiltà fil-gvern.
2. Funzjonijiet u Responsabbiltajiet:
L-Awtorità tal-Artijiet hija responsabbli għall-immaniġġjar tal-proprjetà immobbli tal-Gvern. Il-missjoni tal-Awtorità hija li tippromwovi u żżomm l-aħjar u l-ogħla użu tal-proprjetà immobbli tal-Gvern u li tiżgura proċess ġust għall-akkwist ta’ proprjetà li tista’ tkun meħtieġa għal skop pubbliku.
3. Deskrizzjoni Ġenerali tal-Kategoriji ta’ Dokumenti disponibbli fl-Awtorità tal-Artijiet ippubblikati skont l-Artikolu 17 tal-Att dwar il-Libertà ta’ Informazzjoni (Kap. 496)
- Korrispondenza fuq karta/jew elettronika relatata ma’ proprjetà tal-gvern.
- Fajls Amministrattivi u Uffiċjali
- Leġiżlazzjoni li tikkonċerna lill-Awtorità tal-Artijiet.
- Mistoqsijiet Parlamentari u tweġibiet relatati mal-Awtorità tal-Artijiet.
- Riżoluzzjonijiet Parlamentari
- Noti ta’ Ordni ta’ Evizzjoni
- Avviżi Legali
- Tpinġijiet ta’ proprjetà ta’ tenements tal-gvern.
- Kuntratti ta’ Kera u Kuntratti fuq tenements tal-gvern
- Kuntratti ta’ Kumpens fuq Proprjetà Eskproprjata
- Fajls personali tal-impjegati u folji tal-attendenza
- Rapporti Annwali
- Minuti tal-Laqgħat – Kumitat tat-Tenders
- Kumitat tal-Kontroll
N.B. Xi wħud mill-informazzjoni msemmija hawn fuq huma eżenti mid-divulgazzjoni taħt l-Att dwar il-Libertà ta’ Informazzjoni (Kap. 496)
4. Deskrizzjoni ta’ Manwali u dokumenti li fihom politiki, prinċipji, regoli jew linji gwida.
Lista tal-politiki tal-Awtorità tista’ tinstab fuq Gwidi u Politiki – Awtorità tal-Artijiet.
5. Dikjarazzjoni tal-informazzjoni li għandha tkun disponibbli għall-pubbliku li jixtieq jakkwista aċċess għal dokumenti uffiċjali mill-awtorità pubblika, inkluż id-dettalji tal-uffiċjal(i) li lilhom għandhom jintbagħtu dawn it-talbiet.
L-uffiċjali FOI tal-Awtorità tal-Artijiet jistgħu jiġu kkuntattjati bl-email fuq [email protected] jew bit-telefon fuq 22953174 / 22953397.
Talbiet FOI jistgħu jiġu sottomessi bl-email fuq [email protected], permezz tal-Portal FOI fuq https://foi.gov.mt/ permezz tal-e-ID jew permezz tal-formola online.
6. Proċeduri Interni ta’ Ilmenti
Applikant li t-talba tiegħu għall-informazzjoni tiġi miċħuda, jew li ma jkunx sodisfatt bl-informazzjoni pprovduta, il-format tagħha jew l-estensjoni tal-iskadenza għas-sottomissjoni tal-informazzjoni mitluba, jista’ jindirizza l-ilment tiegħu lill-uffiċjal FOI tal-Awtorità. L-ilment, fuq il-formola relatata, jiġi riċevut mill-uffiċjal FOI tal-Awtorità. Dan imbagħad jgħaddih lill-Kap Eżekuttiv u tingħata risposta fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mid-data tar-riċeviment tal-ilment, billi jinforma wkoll lill-applikant li jista’ jappella jew jindirizza l-ilment lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data. L-applikant jiġi infurmat ukoll bid-deċiżjoni li tittieħed rigward l-ilment tiegħu u r-raġunijiet tagħha.
Ilmenti jistgħu jiġu sottomessi bl-email fuq [email protected], permezz tal-Portal FOI fuq https://foi.gov.mt/ permezz tal-e-ID jew permezz tal-formola online.
7. Informazzjoni Oħra
Ħlasijiet
Ħlasijiet b’ċekk pagabbli lill-Awtorità tal-Artijiet jiġu aċċettati mill-Uffiċjal FOI, jew jekk jintbagħtu bil-posta, għandhom jiġu indirizzati lill-Uffiċjal FOI, Lands Authority, Auberge de Bavière, Valletta VLT 2000. Iċ-ċekk għandu jkun akkumpanjat bil-Ittra ta’ Notifika relatata.
Ħinijiet tal-Ftuħ
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa
8.30am sa 12:00pm
Jekk jogħġbok timmarka s-sottomissjonijiet postali tiegħek b’“Talba FOI – Attn. FOI Officer” jew “Ilment FOI – Attn. FOI Officer” (skont il-każ), sabiex tiġi żgurata l-kunsinna korretta tat-talba/ilment.
Talbiet/Ilmenti riċevuti fi tmiem il-ġimgħa jew fi jiem festivi jiġu indirizzati fil-jum tax-xogħol li jkun imiss. Kull referenza għal “jiem tax-xogħol” fil-kuntest tal-Att FOI għandha tinftiehem bħala “Mit-Tnejn sal-Ġimgħa”.
8. Dettalji ta’ Kuntatt tal-Awtorità Pubblika
Ikkuntattjana – Awtorità tal-Artijiet.
Telefon (00356) 22953238/39/40/42