Skema ta’ Dominju Dirett Temporanju
5th August 2020
FREQUENTLY ASKED QUESTIONS
- Meta rrid inħallas il-miżata tal-amministrazzjoni?
Twe:Il-miżata tal-amministrazzjoni trid titħallas meta tiġi infurmat(a) dovutament mill-Uffiċċju Konġunt jew mill-Awtorità tal-Artijiet. M’intix meħtieġ(a) tagħmel xi ħlas fl-istadju tal-applikazzjoni. - Jekk ma nistax inħallas is-somma tal-fidi, nista’ napplika għal rimborż tal-miżata tal-applikazzjoni (jew parti minnha)?
Twe:Le. Il-miżata amministrattiva mhix rimborżabbli. - L-applikazzjoni tista’ tiġi ttrasferita jekk nagħżel li nbigħ il-proprjetà waqt li jkun għaddej il-fidi?
Twe:Iva, sakemm l-applikant il-ġdid jinforma lill-Awtorità tal-Artijiet bl-intenzjoni tiegħu li jkompli bl-applikazzjoni u sakemm ukoll li l-proprjetà inkwistjoni se tkun ir-residenza ordinarja tal-applikant(i). - Jeħtieġ li nkun rikonoxxut(a) bħala sid iċ-ċens tal-proprjetà qabel ma nissottometti l-applikazzjoni attwali tiegħi?
Twe:: L-applikanti li għandhom talba għar-rikonoxximent pendenti jkunu eliġibbli wkoll biex japplikaw sakemm jippreżentaw evidenza ta’ din it-talba. - Jekk applikajt għand l-Awtorità tal-Artijiet biex inkun rikonoxxut(a) bħal ċenswalist u t-talba tiegħi għadha pendenti, inkun eliġibbli biex napplika għal fidi?
Twe:Iva. L-applikanti li għadhom qed jistennew li jiġu rikonoxxuti għandu mnejn xorta jkunu eliġibbli li japplikaw sakemm jippreżentaw evidenza tat-talba pendenti tagħhom għar-rikonoxximent. - Jekk applikajt fi skemi passati maħruġa mill-Uffiċċju Konġunt u l-proċess tal-fidi għadu pendenti, neħtieġ li nerġa’ napplika?
Twe:Le. L-applikanti MA JEĦTIĠUX li jerġgħu japplikaw jekk diġà għandhom applikazzjoni għal fidi pendenti taħt waħda mill-Iskemi passati. - Iċ-ċens impost fuq il-proprjetà residenzjali tiegħi skada. Jien eliġibbli biex napplika?
Twe:Le. Jekk fid-data tal-applikazzjoni, iċ-ċens temporanju relattiv ikun skada mela ma jkunx possibbli li tifdi ċ-ċens. - X’jiġri hekk diġà għandi applikazzjoni pendenti għal proroga taċ-ċens?
Twe:L-istima ta’ din l-applikazzjoni trid tiġi finalizzata qabel is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni ta’ SKEMA2019. - Fil-każ li applikant imut matul il-proċess tal-fidi, il-werrieta (tfal/konjuġi) ikunu eliġibbli biex jifdu?
Twe:Iva, sakemm il-proprjetà hija r-residenza ordinarja ta’ tal-inqas wieħed mill-werrieta. - Jekk proprjetà li għandha ċens temporanju tintiret bejn għadd ta’ ċenswalisti, ikunu jistgħu japplikaw sakemm wieħed mill-werrieta jkun qed jgħix uffiċjalment fil-proprjetà?
Twe:Iva, sakemm il-werrieta l-oħrajn jaqblu għal dan il-bejgħ/fidi. - Garaxxijiet interkonnessi ma’ residenzi u/jew fl-istess żona li għandhom l-istess ċens temporanju huma eliġibbli biex japplikaw fl-iskema?
Twe:Iva. Garaxxijiet li huma interkonnessi ma’ residenzi, jew li jiffurmaw parti mill-konċessjoni taċ-ċens jew il-ftehim tal-kirja oriġinali rilevanti, huma eliġibbli taħt din l-Iskema. - Dan l-aħħar akkwistajt proprjetà b’ċens temporanju li se tkun ir-residenza uffiċjali tiegħi iżda għadha qed tinbena/qed issir manutenzjoni fiha. Jien eliġibbli biex napplika?
Twe:Applikanti huma eliġibbli biex japplikaw biss jekk jippreżentaw evidenza li l-proprjetà inkwistjoni qed tintuża bħala r-residenza ordinarja jew post ta’ villeġġjatura tagħhom.

Scheme Details
Il-firmatarji ta’ din il-formola qed jitolbu l-akkwist ta’ Dominju Dirett Temporanju ta’ proprjetà tal-Gvern jew proprjetà mikrija użata bħala residenza ordinarja/villeġġjatura, li għandha enfitewsi temporanju (ċens).
Apply To This Scheme
Scheme Guidelines