Skip to content

Espressjoni ta Interess (EOI) għall-ingaġġ ta’ Avukati u Nutara għal-awtorità’ tal-Artijiet.

L-Awtorità’ tal-Artijiet, permezz ta’ din l-espressjoni (EOI), tistieden kandidati eliġibbli interessati li jkunu ingaġġati f’kuntratt għal servizz ta’ avukati u/jew nutara għal perjodu ta’ kuntratt ibbażat fuq ix-xogħol.

L-iskop tax-xogħol tal-persuna ingaġġata għandu jkun li jwettaq kompitu bħall: rikonoxximenti, fidwa (inkluż għerq ta’ titolu), redemptions (inkluż provi ta` titolu ), atti korrettorji, diritto de seguito, skeda ta’ depożiti, kanċellazzjoni ta` ipoteka, konverżjonijiet, termini, notifikazzjoni ta’ termini u ordni ta evakwazzjoni, ittri ta’ arrest ġudizzjarja, u avviż legali, filwaqt li r-riċerka kollha tibqa` propjetà tal-Awtorità’ tal-Artijiet.

Is-servizz għandu jibda mal-aħħar firma fuq il-kuntratt ta‘ Servizz.

Il-konsulent għandu jitħallas dritt ta’ €50 (VAT eskluża) għal kull file mas-sottomissjoni ta’ rċevuta fiskali tal-VAT, għas-servizzi mogħtija matul l-erba’ (4) ġimghat preċedenti.

  1. Għanjiet speċifiċi :
    1. Rikonoxximenti – Dan il-kompitu jinvolvi l-istħarriġ ta’ applikazzjonijiet ta’ rikonoxximent inkluż l-att ta’ akkwist, id-dikjarazzjoni causa mortis, u testment (jekk ikun hemm), l-att ta’ donazzjoni skont il-każ, bl-għan li tinħareġ ittra ta’ rikonoxximent f’isem l-enfitewta (enfitewta ġodda / okkupant/i) jew il-kerrej/ja l-ġdid/ġodda.
    2. Fidwa – Jeżamina l-għerq tat-titolu tal-propjetà, inkluż il-verifikazzjoni tad-dokumenti sottomessi. Dan irid jiġi segwit bl-abbozzar tar-rapport tal-uffiċjal tal-każ u  l-ħruġ tal-prezz tal-fidwa. Il-konsulent jista’ jintalab jidher bħala rappreżentat tal-Awtorità għall-pubblikazzjoni tal-att.
    3. Atti Korrettorji –  Analiżi ta’ dokumenti sottomessi u verifikazzjoni jekk meħtieġa. Dan jiġi segwit bit-tfassil ta’ rapport mill- uffiċjal  tal-każ li jfittex l-approvazzjoni. Il-konsulent jista’ jintalab jidher bħala rappreżentat tal-Awtorità għall-pubblikazzjoni tal-att.
    4. Diritto de Seguito – Jeżamina id-dokumenti sottomessi f’ każijiet li l-propjetà  tkun trasferit għand terzi persuni għal-fidwa u trasferiti iridu jirrispettaw il-kundizzjonijiet li joħorġu mill-iskema oriġinali ta’ konċessjoni u fidwa enfitewtika. Il-konsulent jista’ jintalab jidher bħala rappreżentat tal-Awtorità għall-pubblikazzjoni tal-att.
    5. Depożiti u fidwaL-istħarriġ u l-verifikazzjoni tal-validita` tat-talba għall-iskeda . Li ġew segwiti r-rekwiżiti kollha stipulati mal-liġi u jekk l-Awtorità tal-Artijiet tistax tirtira dawk il-fondi. Jeħtieġ li  jiġi abbozz rapport tal-Uffiċjal tal-kawża f’dan ir-rigward, li jfittex l-approvazzjoni għal dan l-irtirar u li jkun hemm kuntratt mal-Prokuratur Legali minn hemm ‘il quddiem.
    6. Kanċellazzjoni ta ipoteka – Analiżi tat-talba u verifikazzjoni tad-dokumenti f’dawk il-każijiet fejn il-propjetà qed tiġi trasferita għand terzi persuni wara l-fidwa, bl-intenzjoni ta żvilupp tal-propjetà. Rapport tal-uffiċjal fuq il-Każ irid jiġi msejjaħ għall-approvazzjoni, fuq kanċellazzjoni ta’ ipoteka, sussegwenti għal evalwazzjoni tal-perit.  Il-konsulent jista’  jintalab jidher bħala rappreżentat tal-Awtorità għall-pubblikazzjoni tal-att.
    7. Konverżjoni – Eżaminazzjoni ta’ dokument sottomess jinkludi l-għerq tat-titolu u jekk l-applikant tikkwalifikax għal bidla fit-titlu tal-propjetà taħt kapitlu 158 tal-liġi ta’ Malta. Rapport tal-uffiċjal tal-każ irid jiġi abbozz għal approvazzjoni. Il-konsulent jista’ jintalab jidher  bħala rappreżentat fi ħdan l-Awtorità għall-pubblikazzjoni tal-att.
    8. Termini – Ezaminazzjoni ta’ dokumenti fl-idejn u verifika jekk hemmx bażi għat terminazzjoni tal-kirja. Rapport tal-uffiċjal tal-każ irid jiġi abbozz għal approvazzjoni għal-istess. Dan irid jiġi komplut b’ittra jew ittra ġudizzjarja  (fejn hu applikabbli), tagħti avviż lil kerrejja għat-termini tal-kirja.
    9. Notifika ta’ infurzar u Ordnijiet ta’ żgumbrament – Jeżamina t-talba flimkien mal-verifikazzjoni tad-dokumenti biex jiġu stabbiliti jekk hemmx bażi biżżejjed ta’ evakwazzjoni ta’ persuna. Rapport tal-Uffiċjal tal-każ irid jiġi abbozz f’dan ir-rigward u tfittex l-approvazzjoni tal-istess. Dan jitkompla b’ittra ġudizzjali ta avviż lid-destinarju bi terminu li fih għandu jsir l-imsemmi żgumbrament.
    10. Ittri ġudizzjarji għal arretrati – Jeżamina l-każ partikolari, inkluż il-verifikazzjoni tad-dokumenti biex jistabbilixxi jekk hemmx bażi suffiċjenti għall-ħruġ ta’ ittra ġudizzjarja. Għandu jitfassal rapport tal-uffiċjal tal-każ, li jfittex l-approvazzjoni tal-istess.
    11. Ittri legali – Jeżamina u jivverifika id-dokumenti biex jiġi stabbilit jekk hemmx bażi għal ħruġ ta’ ittra legali għal enfitewta jew kerrej skond il-każ.

N.B. – L-Awtorità iżomm id-dritt li titlob il-preparamenti ta kompitu  jew ta’ dan kollu li  hawn imsemmi               hawn fuq.

  1. Eliġibilita’
  • L-applikanti għandhom ikunu fil-pussess ta’ mandat validu, fil-ħin tas-sottomissjoni.
  1. Iżvelar ta’ informazzjoni
  • Id-dokumenti għandhom jitqiesu bħala l-propjetà tal-Awtorità tal-Artijiet, u ħadd m’għandu l-aċċess biex ixerred, jiżvela jew juża kwalunkwe informazzjoni relatata mal-kompitu assenjat la għalih personali u l-anqas għal skop mhux personali.
  1. Applikazzjonijiet
  • Il-kandidati għandhom jissottomettu l-espressjoni ta’ l-interess tagħhom permezz ta’ ittra ta’ motivazzjoni, koppja tal-Europass Curriculum Vitae, inkluż sommarju tal-kwalifiki u l-esperjenza, u koppja ta’ kwalunkwe ċertifikat rilevanti, permezz ta email fuq procurement.la@landsauthority.org.mt   mhux aktar tard mill erbgħa ta wara nofsinhar (4 pm ħin ċentrali Ewropew) tal-Ġimgħa 18 ta` April 2025
    • L-ingaġġ ta’ avukati u/jew nutara huwa fid-diskrezzjoni tal-kumitat tal-għażla.
    • Id-deċiżjoni tal-kumitat tal-għażla hija finali.
    • Il-kandidati eliġibbli jkunu meħtieġa joqogħdu għal intervista.
    • Il-kandidati magħżula jistgħu jkunu meħtieġa jiffirmaw ftehim ta kunfidenzjalita` (NDA).
    • Kull mistoqsija għandha tintbagħat permezz ta ’email lil la@landsauthority.org.mt

Tislijiet,

Dipartiment ta’ l-Akkwist Pubbliku  

Awtorità’ tal-Artijiet.

Share: